President ġdid għall-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

antoine-vassallo-ak.jpgFl-10 ta’ Settembru Mons Isqof Mario Grech ħabbar in-nomina ta’ President Djoċesan ġdid għall-Azzjoni Kattolika f’Għawdex: Antoine Vassallo, li se jmexxi l-ewwel laqgħa tad-Direttorju nhar il-Ħamis 15.
Is-sur Vassallo, li wasal fit-tmiem ta’ karriera twila fl-edukazzjoni, ilu involut fl-għaqda, fil-parroċċa  ta’ San Ġorġ u fid-djoċesi. Barra minn hekk, hu President-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-organizzazjonijiet non-governattivi (Gozo NGOs Association) u Chair tal-Fondazzjoni Belt Victoria; infatti ta’ spiss intgħażel biex jirrapreżenta lis-settur volontarju minħabba esperjenza wiesgħa.
Mons Grech ippreżenta lis-sur Vassallo fi tmiem Konċelebrazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika b’tifkira ta’ Manuel Saliba li miet għal għarrieda u għalhekk ħalla l-kariga battala wara qrib tletin sena.