Archive for the '2008' Category

Mons Isqof Mario Grech iħabbar Missjoni Djoċesana f’Għawdex

 logo-missjoni-djocesana.jpg

Biex tfakkar bl-aħjar mod is-Sena Pawlina, id-Djoċesi ta’ Għawdex bdiet it-tħejjija biex tiċċelebra Missjoni Djoċesana. Din l-aħbar ingħatat mill-istess Mons Isqof Mario Grech, meta ċċelebra l-ftuħ solenni tas-Sena Pawlina fil-Bażilika tan-Nadur, nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008.

Il-Missjoni Djoċesana se tkun l-inizjattiva pastorali prinċipali tad-Djoċesi ta’ Għawdex matul is-sena pastorali li ġejja. It-tema magħżula hija silta mit-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (5,14): in-Nisrani li jagħmel esperjenza sabiħa u qawwija tal-Misteru ta’ l-Għid ta’ Kristu jħossu msejjaħ biex jaqsam ma’ kulħadd il-qawwa rebbieħa u trasformatriċi tas-Salib.

Continue reading >>

Kors ta’ “Parenting Skills”

logodgdebono.jpg

Dar Ġużeppa Debono ser torganizza kors ta’ “Parenting Skills” f’ Awwissu u ieħor f’Ottubru 2008.
Dawn iż-żewġ korsijiet ser isiru r-Rabat fiċ-Ċentru “All 4 Life” ta’ Triq il-Kapuċċini.
Kors 1

Bidu: It-Tlieta 12 t’Awwissu
Tmien:It-Tlieta 7 t’Ottubru
Hin:9.00 – 11.00 am

Kors 2

Bidu:It-Tlieta 14 t’Ottubru
Tmien:It-Tlieta 9 ta’ Diċembru
Hin: 4.30 – 6.30 pm

Min hu interessat, iċempel Dar Ġużeppa Debono fuq in-numru 21552595 jew 27552595. Il-ħlas ser ikun ta’ €15. Il-kors hu bil-Malti u jingħata ċertifikat t’attendenza u parteċipazzjoni.

Dawk li huma interessati li jattendu għall-kors li ser jibda f’Awissu għandhom jinfurmawna sa nhar il-Ġimgħa 8 t’Awwissu.

Stqarrija ta’ l-Isqfijiet dwar il-każ tat-trasport

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex quddiem is-sitwazzjoni li bħalissa jinsab għaddej minnha pajjiżna bl-istrajk tal-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku ħarġu din l-istqarrija

Għotjiet ta’ karita’ għall-vittmi taċ-ċiklun fi Myanmar

pressreleaselogo.jpgId-Djoċesi ta’ Għawdex permezz ta’ l-uffiċċju tal-Promozzjoni Umana għamlet sejħa għall-għajnuna lill-vittmi taċ-Ċiklun “Nargis” li laqat il-popolazzjoni ta’ Myanmar fil-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan iċ-ċiklun hu l-agħar diżastru naturali li laqat lil dan il-pajjiż, u ħalla warajh mewt u ħerba kbira. Is-somma miġbura mill-parroċċi u l-knejjes f’Għawdex għal dan il-għan kienet ta’ €10,371.24. Din is-somma ntbagħtet lill-Caritas Internationalis permezz tal-Caritas Malta.

Mons Isqof Mario Grech irringrazzja lill-poplu Għawdxi għall-ġenerożità tiegħu b’risq il-vittmi taċ-ċiklu, ġenerożità li dejjem wera ma’ min huwa fil-bżonn. Dawk li għadhom jixtiequ jikkontribwixxu għal dan il-għan jistgħu jikkuntattjaw lil Dun Mikiel Borg fl-uffiċċju tal-Promozzjoni Umana li jinsab fil-Kurja ta’ Għawdex.

World Youth Day 2008

World Youth Day 2008 LogoWorld Youth Day (WYD) is the largest youth event in the world and will be held in Sydney from Tuesday 15 to Sunday 20 July 2008.

WYD is a week-long series of events attended by the Pope and hundreds of thousands of young people from all over the globe. It has become the largest single mobilisation of young people in the world.

The week culminates in a Final Mass celebrated by the Pope on the last day (the actual World Youth Day). Typically, it is the largest event of the week and, overseas, has drawn millions of people.

Ordinazzjoni ta’ tliet Djakni ġodda

Iktar ritratti 

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2008, Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa solenni li fiha ordna tliet djakni ġodda għad-Djoċesi ta’ Għawdex. Id-djakni ġodda huma: Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Nazzareno Farrugia, it-tlieta mill-parroċċa Marija Bambina tax-Xagħra. Il-quddiesa ta’ l-Ordinazzjoni saret fil-Knisja Katidrali. Flimkien ma’ l-Isqof ikkonċlebraw numru kbir ta’ saċerdoti, fosthom is-Superjuri tas-Seminarju Maġġuri. Għall-quddiesa, flimkien ma’ għadd ta’ familjari ta’ l-ordinandi, kien hemm numru sabiħ ta’ lajċi nsara u gruppi tal-vokazzjonijiet. Il-kor tax-Xagħra “Voci Angeliche” flimkien mal-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ animaw il-kant tal-quddiesa.

Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI fl-okkażżjoni tat-23 Jum Dinji taż-Żgħażagħ, 2008

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA

BENEDITTU XVI

LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAD-DINJA

FL-OKKAŻŻJONI

TAT-23 JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, 2008

“Intom ikollkom il-qawwa, meta jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqkom,

u tkunu xhud tiegħi” (Atti 1:8)

Għeżież Żgħażagħ Ħbieb tiegħi!

Continue reading >>

L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-xahar fl-4 ta’ Lulju, ċelebrata minn Dun Joseph Mercieca.

Iktar dettalji minn hawn