- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Għotjiet ta’ karita’ għall-vittmi taċ-ċiklun fi Myanmar

Posted By admin On July 14, 2008 @ 12:06 pm In 2008 | Comments Disabled

[1] pressreleaselogo.jpgId-Djoċesi ta’ Għawdex permezz ta’ l-uffiċċju tal-Promozzjoni Umana għamlet sejħa għall-għajnuna lill-vittmi taċ-Ċiklun “Nargis” li laqat il-popolazzjoni ta’ Myanmar fil-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan iċ-ċiklun hu l-agħar diżastru naturali li laqat lil dan il-pajjiż, u ħalla warajh mewt u ħerba kbira. Is-somma miġbura mill-parroċċi u l-knejjes f’Għawdex għal dan il-għan kienet ta’ €10,371.24. Din is-somma ntbagħtet lill-Caritas Internationalis permezz tal-Caritas Malta.

Mons Isqof Mario Grech irringrazzja lill-poplu Għawdxi għall-ġenerożità tiegħu b’risq il-vittmi taċ-ċiklu, ġenerożità li dejjem wera ma’ min huwa fil-bżonn. Dawk li għadhom jixtiequ jikkontribwixxu għal dan il-għan jistgħu jikkuntattjaw lil Dun Mikiel Borg fl-uffiċċju tal-Promozzjoni Umana li jinsab fil-Kurja ta’ Għawdex.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/07/14/ghotjiet-ta-karita-ghat-teremotati-ta-myanamar/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/pressreleaselogo.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.