Archive for the '2008' Category

HE Mgr Tommaso Caputo, Apostolic Nuncio to Malta on his first visit to the Diocese of Gozo

Apostolic Nuncio at Good Shepherd Church, Victoria

Photo Gallery click here

Last Saturday, 19th January 2008 Mgr Tommaso Caputo, the new Apostolic Nuncio to Malta and Libya, made his first official visit to the Diocese of Gozo. In the morning the Nuncio met and prayed with the local clergy at the Good Shepherd’s Church in Victoria. During the meeting, the Nuncio was welcomed by an address delivered by Rev Can Frankie Bajada, Archpriest of Għajnsielem Parish and by the Bishop of Gozo. The Nuncio delivered a hearfelt message to the clergy, who gave the Nuncio a very warm welcome. A large number of priests had lunch with the Nuncio and with Bishop Grech.

Continue reading >>

Servizz Ekumeniku ta’ Talb

christianunity.jpgFl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, li tinżamm kull sena bejnit-18 u l-25 ta’ Jannar, il-Leġjun ta’ Marija f’Għawdex se jorganizza Servizz Ekumeniku ta’ Talb nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2008 fil-Bażilika tax-Xagħra. It-tema għal din is-sena hi “Itolbu bla heda” (1 Tess 5,17). Fis-Servizz jieħdu sehem l-ET Mons. Isqof Mario Grech, Fr Tom Mendel (Kanċellier tal-Katidral ta’ San Pawl, Valletta), Rev David Morris (tal-Union of The Scots Church and Methodist Congregation u Chairman tal-Kunsill Ekumeniku Malti), u l-Arċipriet tal-Parroċċa tax-Xagħra Mons Karm Refalo. Is-Servizz jibda fis-7.00p.m. Kulħadd hu mistieden.

Continue reading >>

Quddiesa għall-miżżewġin

Fl-okkażjoni tal-125 sena mis-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu, ser issir quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu li għaliha huma mistiedna l-koppji miżżewġa. F’din il-quddiesa jiġġeddu il-Wegħdiet taż-Żwieg u ssir Talba speċjali fejn il-familji preżenti jitqiegħdu taħt il-protezzjoni tal-Madonna Ta’ Pinu. Din iċ-ċelebrazjoni qed issir fit-Tifkira popolari tat-Tieġ tal-Madonna. Il-quddiesa ser tkun nhar is-Sibt 26 ta’ Jannar 2008 fis-6.30p.m.

Il-Kappillani Maltin u Għawdxin jiddiskutu flimkien il-parroċċa tal-futur

Bejn it-8 u l-10 ta’ Jannar il-Kappillani Għawdxin kienu mistiedna biex jieħdu sehem f’Live-In ta’ tlett ijiem organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta għall-Kappillani Maltin. Matul il-Live-In, li sar fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat ta’ Malta, il-Kappillani ddiskutew l-identità tal-parroċċa għas-snin li ġejjin u s-sehem tal-lajċi fil-ħajja tal-komunità parrokkjali. Għal-Live-In kienu preżenti l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech.
Continue reading >>

Pussess tal-kappillan il-ġdid ta’ San Lawrenz

Continue reading >>

Żjara tan-Nunzju Apostoliku l-E.T. Mons. Tommaso Caputo f’Għawdex

nunzju.jpgIs-Sibt li ġej 19 ta’ Jannar 2008 in-Nunzju Apostoliku l-Ġdid għal Malta, l-Eċċ. T. Mons. Tommaso Caputo se jżur uffiċjalment id-Djoċesi ta’ Għawdex.

Fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu n-Nunzju se jiltaqa’ mas-Saċerdoti għal mument ta’ talb u riflessjoni flimkien. Din il-laqgħa se ssir fil-Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Victoria.

Għall-ħabta ta’ l-4.00p.m. in-Nunzju se jagħmel żjara fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fis-6.00p.m. in-Nunzju se jmexxi konċelebrazzjoni fil-Knisja Katidrali. Flimkien mas-saċerdoti huma mistiedna l-lajċi nsara tad-djoċesi.

Applikazzjoni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex (Kinder 1 2008-2009)

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni u Kultura tal-Kurja ta’ Għawdex javża li ħarġu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fil-Klassi Kinder 1 għas-Sena 2008-2009. It-tifel jew tifla li se jiġu rreġistrati jridu jkunu twieldu fis-sena 2005.

Il-formuli ta’ l-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn jew jinġabru mill-Kurja l-ġimgħa d-dieħla, jiġifieri it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 7, 9 u 11 ta’ Jannar 2008 bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu. L-applikazzjonijiet jinġabru mingħand is-Soru fl-entratura tal-Kurja.

Il-formuli ta’ l-applikazzjoni, mimlija kif suppost u bid-dokumenti meħtieġa magħhom, iridu jiġu ppreżentati fil-Kurja l-ġimgħa ta’ wara, jiġifieri it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 14, 16, 18 ta’ Jannar 2008 bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu.

Niżżel: Formula ta’ l-applikazzjoni

Marriage Investment Weekend

bible-w-rings.jpgIl-“Marriage Investment Weekend” huwa seminar ippjanat għal dawk il-koppji li jħossu l-ħtieġa li jiddedikaw ftit ħin biex jinvestu fir-relazzjoni tagħhom. Dan huwa importanti ħafna għax fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu llum diffiċli nsibu biżżejjed ħin għar-relazzjoni tagħna bħala koppja miżżewġa.

Il-weekend huwa ppjanat biex jagħti ċ-ċans lill-koppja biex tipparteċipa f’taħditiet li huma mmirati biex jgħinu fil-bini u tisħiħ tar-relazzjoni tagħhom.

Il-koppji li jipparteċipaw għandhom l-opportunità li jgawdu atmosfera rilassanti u jużaw il-faċilitajiet eċċellenti li toffri l-lukanda fejn isir il-weekend.

Continue reading >>