Il-“Marriage Investment Weekend” huwa seminar ippjanat għal dawk il-koppji li jħossu l-ħtieġa li jiddedikaw ftit ħin biex jinvestu fir-relazzjoni tagħhom. Dan huwa importanti ħafna għax fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu llum diffiċli nsibu biżżejjed ħin għar-relazzjoni tagħna bħala koppja miżżewġa.
Il-weekend huwa ppjanat biex jagħti ċ-ċans lill-koppja biex tipparteċipa f’taħditiet li huma mmirati biex jgħinu fil-bini u tisħiħ tar-relazzjoni tagħhom.
Il-koppji li jipparteċipaw għandhom l-opportunità li jgawdu atmosfera rilassanti u jużaw il-faċilitajiet eċċellenti li toffri l-lukanda fejn isir il-weekend.
Min jorganizza l-Marriage Investment Weekend?
Il-Komunita Kristjana “Families for Christ” hija komunità ddedikata għat-tiġdid tal-familja. Il-komunità tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dawn il-weekends filwaqt li t-taħdidiet prinċipali huma mmexxija minn Patri Elija Vella OFM Conv. Patri Elija għandu esperjenza vasta fil-counselling mal-koppji u f’dawn it-tip ta’ seminars għall-miżżewġin. Matul dan il-weekend it-taħdidiet jgħinu l-koppja biex tagħraf il-punti dgħajfa tagħha u jipprovdu għarfien prattiku ta’ kif għandhom isolvu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom matul il-ħajja miżżewġa. Taħdidiet oħra jittrattaw suġġetti bħal ma huma t-tfal żgħar u l-adolexxenti.
Matul il-weekend il-koppja jkollha wkoll ħin waħida biex tiddiskuti s-suġġett li jkun qed jiġi trattat.
Formola ta’ l-applikazzjoni tista’ titniżżel minn hawn.