Pussess tal-kappillan il-ġdid ta’ San Lawrenz

Il-Ħadd 13 ta’ Jannar sar il-pussess ta’ Dun Nazju Borg bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ San Lawrenz.

L-attività bdiet b’marċ mill-banda “Victory” tax-Xagħra flimkien mal-Banda “San Girgor” ta’ Kerċem. Dun Nazju kien milqugħ minn Mons. Isqof Mario Grech. Wara li saru diskorsi minn Dun Nazju u minn Noel Formosa, sindku tal-lokal ta’ San Lawrenz, saret il-quddiesa tal-pussess fil-knisja parrokkjali fejn Dun Nazju ngħata l-pussess bħala l-kapillan ta’ San Lawrenz.