Reġa’ wasal il-Milied, żmien ta’ ferħ u rigali. Jekk tixtieq INT tista’ iżżid dan il-ferħ billi tagħmel għotja ta’ demm, għotja li tista’ issalva persuna jew toħloq tbissima fuq fomm min jista’ jkun qed ibati. Għotja ta’ demm hi rigal imprezzabbli, li fl-aħħar mill-aħħar jimla’ lilek b’ferħ ukoll.
Agħmel dan il-Milied differenti għalik u għall-pazjenti. Agħti r-rigal tal-ħajja.
Agħti d-demm!