Archive for August, 2018

ĦATRA TA’ ARĊIPRIET GĦALL-PARROĊĊA TAŻ-ŻEBBUĠ

rev-john-sultana.jpgWara li laqa’ r-riżenja tal-Kan. Reuben Micallef mill-uffiċċju ta’ Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, iż-Żebbuġ, Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jaħtar bħala Arċipriet tal-imsemmija Parroċċa lill-KANONKU ĠWANN SULTANA SThB, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra, u sakemm jieħu l-pussess kanoniku, b’effett mil-lum qed jaħtru Amministratur Parrokkjali.
***
Dun ĠWANN SULTANA twieled ix-Xagħra, Għawdex nhar is-26 ta’ Mejju 1971. Wara li temm l-istudji fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex, ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Ġunju 1996. Beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija f’Ruma, u studja fl-Università Pontifiċja Salesjana.

Sa mill-1998 kellu l-kura pastorali tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra. Fis-sena 2000 ġie maħtur Direttur tal-Istamperija djoċesana Gozo Press, kariga li dam jokkupa sal-2013. Ġie maħtur Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fix-Xagħra fis-sena 2000. Għallem fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof u preżentement hu għalliem fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex.

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Settembru 2018

newsheet-settembru-2018-1.jpgAqra minn hawn: newsheet-settembru-2018.pdf

L-Isqof Grech: Min jaf b’abbużi sesswali fuq il-minuri, imur jirrapporta dan ir-reat lill-Pulizija”

500_f_64079364_sg0fgqfybitkmdzxkmtxxsngyqtowpie.jpgAqra l-istqarrija għall-istampa tal-Kurja ta’ Għawdex: st-05-2018.pdf

Aqra l-ittra tal-Papa Franġisku dwar l-abbużi sesswali fuq il-minuri: https://w2.vatican.va/content/francesco/en/letters/2018/documents/papa-francesco_20180820_lettera-popolo-didio.html

L-Ittra tal-Papa bil-Malti: http://thechurchinmalta.org/mt/posts/77418/test-shih-l-ittra-tal-papa-frangisku-lill-poplu-ta-alla

Image: fotolia.com

Pastorali ta’ Santa Marija - “Neħtieġu lil Kristu”

eucharistic-chapel-munxar.jpg61/2018

Ittra Pastorali

tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Marija Mtellgħa s-Sema
2018

 

 NEĦTIEĠU LIL KRISTU

Download English version: 61-2018-we-are-in-need-of-christ-pastoral-letter-santa-marija-2018-a4.pdf

Ħafna drabi tingħata l-impressjoni li f’pajjiżna, minkejja li l-kotra għandhom geddumhom fix-xgħir, ħafna jħossu l-vojt u, ipalaw kemm ipalaw, ma jirnexxilhomx ikunu kuntenti. Dan jikkonferma dak li jgħid Kristu dwarna: “Il-bniedem ma jgħixx biss bil-ħobż, imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla” (Mt 4:4). Bir-raġun lil-Lhud Ġesù jgħidilhom biex jitħabtu “mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom” (Ġw 6:27). Interessanti li meta l-Lhud jitolbuh jagħtihom minn dan il-ħobż, Ġesù jagħmel stqarrija qawwija ħafna: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ” (Ġw 6:35). Continue reading >>

Ġbir b’risq il-Jesuit Refugee Service ta’ Malta - update

jrs.jpgFuq inizjattiva tal-Isqof Mario Grech, imħabbra fil-festa tal-Parroċċa ta’ Kerċem, fil-parroċċi u l-knejjes ta’ Għawdex qed issir ġabra b’risq il-JRS fil-ħidma tagħhom mal-immigranti f’pajjiżna. S’issa nġabru s-somma ta’ €6759.11. L-għotjiet qed jinġabru fil-quddies ta’ jum il-festa parrokkjali, u f’okkażjonijiet oħra (fejn il-festa diġà saret). Il-ġbir s’issa hu hekk:

mediterranean-boat.jpg

Parroċċa ta’ San Ġorġ    €1290
Parroċċa ta’ Sannat    €707.33
Parroċċa tal-Għarb    €450
Parroċċa tax-Xewkija    €663.78
Parroċċa Għasri    €200
Parroċċa San Lawrenz    €1016
Sorijiet Klarissi    €100
Santwarju Ta’ Pinu    €460
Knisja tal-Lunzjata    €130
Knisja ta’ Ħamet    €100
Knisja ta’ Kemmuna    €220
Knisja tax-Xlendi    €222
NN    €500
NN    €300
NN    €200
NN    €200

Aqra l-Ittra tal-Isqof:  60-2018-kont-barrani-u-lqajtuni.pdf

Ritratt tad-dgħajsa: https://ceasefiremagazine.co.uk/borders-people-europes-approach-mediterranean-migration-crisis-costing-lives/

SIGNING OF CHURCH – MUT AGREEMENT

curia_03.jpeg85-signing-collective-agreement-church-mut.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 5 ta’ Awwissu 2018

bullettin-2018-awwissu-05.jpg

Subject Teacher tal-P.E. għall-iskejjel primarji kollha tal-Knisja f’Għawdex

bc-primary-school.jpgApplikazzjonijiet jinkisbu mill-iskola primarja tal-Konservatorju u jintlaqgħu sa nofsinhar tal-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu 2018.