Archive for April, 2018

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Mejju 2018

newsheet-mejju-2018-1-1.jpgNiżżel in-Newsheet ta’ Mejju minn hawn: newsheet-mejju-2018-1.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 29 ta’ April 2018

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2018-april-29.jpg

L-Azzjoni Kattolika tiftaħ il-”Kampanja għal Ambjent Moralment Nadif”

Omelija fil-Ftuħ tal-Kampanja favur Ambjent Moralment Nadif
u b’Saħħtu organizzata mill-Azzjoni Kattolika Għawdxija
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
L-Erbgħa 25 ta’ April 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

GĦAL AMBJENT MORALMENT NADIF

ftuh-tal-kampanja-favur-ambjent-moralment-nadif-25apr2018.jpg


Meta fl-2012 iltaqa’ ma’ grupp ta’ isqfijiet Franċiżi, il-Papa Benedittu XVI fisser it-tħassib tiegħu għall-fatt li fl-Ewropa, li hija l-benniena tal-Kristjaneżmu, hawn “injoranza reliġjuża”. Din l-injoranza ma teżistix biss fis-soċjetà lajka u sekularizzata, imma wkoll fi ħdan il-poplu Nisrani. Minkejja li aħna l-Ewropej għandna tradizzjonijiet u kultura Kristjana, fostna hawn din l-injoranza reliġjuża li fi kliem il-Papa Benedittu hija “doppja” għax ħafna la jafu xejn dwar il-persuna ta’ Ġesù Kristu u lanqas dwar it-tagħlim tiegħu li jagħti sens lill-ħajja tal-bniedem. Minħabba din l-injoranza, il-ġenerazzjonijiet li telgħin ma jħossuhomx werrieta ta’ dik it-tradizzjoni li sawret il-ħajja, is-soċjetà, l-arti u l-kultura Ewropea. L-injoranza reliġjuża tfixkel l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u tas-soċjetà; fil-fatt, frott ta’ din l-injoranza l-bniedem jagħmel għażliet li bihom iweġġa’ lilu nnifsu. Continue reading >>

MINGĦAJR MARTRI M’HEMMX KNISJA - L-Isqof Grech

Omelija fil-Festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri
Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria
It-Tnejn 23 ta’ April 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

MINGĦAJR MARTRI M’HEMMX KNISJA

 

dsc_0234.jpg

“Gaudete et exsultate – ‘Ifirħu u thennew’, jgħid Ġesù lil dawk li huma ppersegwitati jew umiljati minħabba f’ismu” (GE, 1). Dawn huma l-ewwel kelmiet tal-Eżortazzjoni appostolika li l-Papa Franġisku tana xahar ilu!

“Ifraħ u tenna” jgħid Ġesù lill-Patrun tagħna San Ġorġ Martri, illum fis-Solennità tal-Festa tiegħu. Continue reading >>

Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Vokazzjonijiet 2018

vocations_word_cloud.pngMessaġġ tal-Qdusija tiegħu Papa Franġisku
għall-55 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet
Smigħ, Dixxerniment, Għixien tas-sejħa tal-Mulej

Għeżież ħuti,

F’Ottubru li ġej ser issir il-XV l-Assembea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li ser tkun iddedikata għaż-żgħażagħ, speċjalment għar-relazzjoni bejn żgħażagħ, fidi u vokazzjoni. F’dik l-okkażjoni ser ikollna ċ-ċans nidħlu aktar fil-fond dwar kif fiċ-ċentru ta’ ħajjitna hemm is-sejħa għall-ferħ li Alla jagħmlilna u kif dan hu “l-pjan t’Alla għall-irġiel u n-nisa ta’ kull żmien”. (Sinodu tal-Isqfijiet, XV Assemblea Ġenerali Ordinarja, Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali, Introduzzjoni).    Continue reading >>

Manifestazzjoni Favur il-Ħajja

embrijunwiehedminna.jpg

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin: ATT LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI

“Hu b’dispjaċir li qrajna l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun”

 

image.png

L-Isqfijiet Maltin urew id-dispjaċir tagħhom quddiem l-emendi proposti mill-Gvern fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Fi kliem l-Isqfijiet,”bl-emendi proposti, […] it-tarbija ssir oġġett li qiegħed hemm biss biex jissodisfa x-xewqa ta’ ħaddieħor.”

Tista’ taqra l-istqarrija sħiħa hawn. 46-stqarrija-tal-isqfijiet-mt.PDF

Read the Bishops’ statement from here: 46-statement-by-the-bishops-en.PDF