Ilbieraħ, 19 ta’ Marzu, Mons. Alfred Xuereb ġie kkonsagrat Arċisqof minn idejn il-Papa Franġisku, f’ċelebrazzjoni solenni li nżammet fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Vatikan. Għall-konsagrazzjoni tal-Arċisqof Xuereb kienet preżenti delegazzjoni ta’ saċerdoti, familjari u ħbieb ta’ Mons. Xuereb, immexxija mill-Isqof Mario Grech.
Fil-jiem li ġejjin l-Arċisqof Xuereb se jkun Għawdex qabel isiefer il-Korea. Fil-jiem li jkun Għawdex, se jippresiedi xi ċelebrazzjonijiet: st-02-2018.pdf
Aqra l-Bolla tal-ħatra: 2018-02-26-bolla-hatra-mons-alfred-xuereb.pdf
Għall-okkażjoni, Maltapost ħarġet timbru kommemorattiv bħala tifkira tal-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb: