Titħabbar il-mewt tal-Kanonku Joseph Portelli

portelli-joe.jpgB’niket inħabbru l-mewt tal-Kan. Joseph Portelli, mill-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, fin-Nadur, Għawdex, li seħħet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei, fejn Dun Joe kien rikoverat.

Mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, li seħħet fit-22 ta’ Ġunju 1974, sa ftit snin ilu, il-Kanonku Portelli qeda b’dedikazzjoni kbira l-ministeru saċerdotali tiegħu fil-Knisja Skoċċiża, fl-Arċidjoċesi ta’ St. Andrews u Edinburgh, fejn kien ukoll inkardinat.

Nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu u lill-parroċċa tan-Nadur, filwaqt li nitolbuh għal Dun Joe biex issa fis-Sema jiċċelebra l-ferħ tal-Għid li jixxerred ma’ kullimkien fid-dinja.

Id-dettalji tal-funeral jitħabbru aktar ‘il quddiem.

RIP

Dettalji tal-Funeral:

Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ħamis, 22 ta’ Marzu 2018, fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur.

2.45pm: Tluq mill-Isptar Ġenerali;
3.00pm: Il-fdalijiet ta’ Dun Joseph ikunu esposti fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, in-Nadur;
3.30pm: Talba tal-Għasar fl-istess kappella tas-Sorijiet Franġiskani u korteo funebri;
4.00pm: Quddiesa tal-funeral.