WordPress database error: [Lost connection to MySQL server during query]
UPDATE wp_TABLE_STATISTICS_RAW SET cid='' WHERE stamp<1516311673

Jum Dinji tal-Foqra - Messaġġ tal-Papa Franġisku at Gozo Diocese

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT DISTINCT YEAR(post_date) AS `year`, MONTH(post_date) AS `month`, count(ID) as posts FROM wp_posts WHERE post_type = 'post' AND post_status = 'publish' GROUP BY YEAR(post_date), MONTH(post_date) ORDER BY post_date DESC


WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT COUNT(1) FROM wp_usermeta WHERE meta_key = 'wp_user_level' AND meta_value > 1 LIMIT 2

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_users WHERE ID = '1' LIMIT 1



Jum Dinji tal-Foqra - Messaġġ tal-Papa Franġisku

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_users WHERE ID = '1' LIMIT 1

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_users WHERE ID = '1' LIMIT 1

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_addressbook ORDER BY surname,first_name

wdp_logo_eng-352x555.jpgMESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
L-I JUM DINJI TAL-FOQRA

It-XXXIII Ħadd ta’ Matul is-Sena
19 ta’ Novembru 2017

Ma nħobbux bil-kliem imma bl-għemil
1. “Uliedi, ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bl-għemil u bis-sewwa” (1 Ġw 3:18). Dawn il-kelmiet tal-Appostlu Ġwanni jesprimu kmand li l-ebda Nisrani ma jista’ jaħrab minnu. Is-serjetà li biha d-“dixxiplu l-maħbub” jittrasmetti sa żminijietna l-amar ta’ Ġesù hi aktar enfasizzata fil-kuntrast li joħroġ bejn il-kliem u t-tpaċpiċ li spiss issib fuq fommna u l-għemil u s-sewwa li bihom imsejħin nitqiesu. L-imħabba ma tafx bi skużi: min irid iħobb kif ħabb Ġesù, għandu jimxi fuq l-eżempju tiegħu; fuq kollox meta nkunu msejħin inħobbu lill-foqra. Wara kollox, il-mod kif ħabb l-Iben ta’ Alla hu magħruf sewwa, u Ġwanni dan ifakkarhulna b’ittri ċari. Dan jinbena fuq żewġ kolonni ewlenin: Alla l-ewwel li ħabbna (ara 1 Ġw 4:10,19); u ħabbna billi tana lilu nnifsu kollu kemm hu, anki l-istess ħajtu (ara 1 Ġw 3:16).

Imħabba bħal din ma tistax tibqa’ bla tweġiba. Anki jekk ingħatat b’mod sħiħ, bla ma talbet xejn lura, xorta waħda tkebbes lill-qalb b’mod li, ikun min ikun, iħoss li għandu jpatti għaliha minkejja l-limiti u d-dnubiet tiegħu. U dan hu possibbli jekk il-grazzja ta’ Alla, l-imħabba ħanina tiegħu ssib tilqagħha, skont kemm hu possibbli, il-qalb tagħna, hekk li ċċaqlaq ir-rieda tagħna u anki s-sentimenti tagħna għall-imħabba ta’ Alla nnifsu u tal-proxxmu. Hekk il-ħniena li tgelgel, biex ngħidu hekk, mill-qalb tat-Trinità tista’ tasal u ċċaqlaq il-ħajja tagħna u tnissel kompassjoni u opri tal-ħniena għall-aħwa fil-bżonn.

2. “Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu” (Salm 34:7). Il-Knisja sa minn dejjem fehmet l-importanza ta’ karba bħal din. Għandna xhieda kbira sa mill-ewwel paġni tal-Atti tal-Appostli, fejn Pietru jitlob li jintgħażlu sebat irġiel “mimlija bl-Ispirtu u bil-għerf” (6:3), biex jieħdu f’idejhom is-servizz tal-għajnuna lill-foqra. Bla dubju dan hu wieħed mill-ewwel sinjali li bihom il-komunità Nisranija ppreżentat ruħha fix-xena tad-dinja: il-qadi tal-iżjed foqra. Dan kollu kien possibbli għax kienet fehmet li l-ħajja tad-dixxipli ta’ Ġesù kellha tissarraf fi fraternità u solidarjetà li jikkorrispondu mat-tagħlim ewlieni tal-Imgħallem li lill-foqra kien sejħilhom henjin u werrieta tas-Saltna tas-smewwiet (ara Mt 5:3).

“Kienu jbigħu ġidhom u kulma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed” (Atti 2:45). Din l-espressjoni turi b’mod ċar x’kien it-tħassib veru tal-ewwel Insara. L-evanġelista Luqa, l-awtur sagru li iżjed minn ħaddieħor ta spazju lill-ħniena, ma juża l-ebda retorika meta jfisser il-prassi ta’ kif l-ewwel komunità kienet taqsam kollox. Għall-kuntrarju, meta jirrakkontaha qed jindirizza lil dawk kollha li f’kull żmien jistqarru li jemmnu, u allura lilna wkoll, biex iweżinna fix-xhieda u jqanqal l-għemil tagħna b’risq min hu l-aktar fil-bżonn. L-istess tagħlim jingħata b’daqstant ieħor konvinzjoni mill-Appostlu Ġakbu, li, fl-Ittra tiegħu, juża espressjonijiet qawwija u inċiżivi: “Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien li għażel lill-foqra għad-dinja biex jistagħnu fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh? Imma intom lill-fqir inqastuh mill-ġieħ. Mhumiex l-għonja li jaħqrukom? Mhumiex huma li jkaxkrukom lejn il-qrati? […] X’jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma jurihiex fl-għemil tiegħu? Jaqaw tista’ ssalvah din il-fidi? Jekk ħuk jew oħtok ma jkollhomx x’jilbsu u jonqoshom l-ikel ta’ kuljum, u wieħed minnkom jgħidilhom: ‘Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa tixbgħu!’, bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x’jiswa? Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun mejta fiha nfisha” (2:5-6,14-17).

3. Madankollu, ġew waqtiet meta l-Insara ma tawx widen sal-aħħar lil din is-sejħa, u ttieħdu mill-mentalità tad-dinja. Imma l-Ispirtu s-Santu ma naqasx li jerġa’ jsejħilhom biex iżommu ħarsithom imsammra fuq l-essenzjal. Fil-fatt, qajjem irġiel u nisa li b’ħafna modi offrew ħajjithom għall-qadi tal-foqra. Kemm paġni ta’ storja, f’dawn l-elfejn sena, inkitbu minn Insara li, bis-sempliċità u l-umiltà kollha, u bil-fantasija ġeneruża tal-karità, qdew lil ħuthom iżjed foqra!

Fosthom kollha jispikka l-eżempju ta’ Franġisku ta’ Assisi, li warajh imxew għadd kbir ta’ rġiel u nisa oħra matul is-sekli. Hu ma kienx kuntent biss li jgħannaq u jqassam l-elemożina lill-imġiddma, imma ddeċieda li jmur Gubbio biex joqgħod magħhom. Hu stess lemaħ f’din il-laqgħa l-iżvolta tal-konverżjoni tiegħu: “Meta kont fi dnubieti deherli li kienet ħaġa morra żżejjed li nara l-imġiddmin, u l-Mulej innifsu ħadni f’nofshom u wrejt ħniena magħhom. U jien u nħallihom, dak li kien deherli morr inbidilli fi ħlewwa tar-ruħ u tal-ġisem” (Test 1-3: FF 110). Din ix-xhieda turi kemm il-qawwa tal-imħabba kapaċi tibdel il-qalb u l-istil tal-ħajja tal-Insara.

Ma rridux naħsbu fil-foqra biss bħala destinatarji ta’ prattika tajba ta’ volontarjat li wieħed jagħmel darba fil-ġimgħa, jew wisq inqas bħala ġesti spontanji ta’ rieda tajba biex inserrħu l-kuxjenza. Dawn l-esperjenzi, anki jekk validi u ta’ siwi biex jissensibilizzawna għall-bżonnijiet li għandhom tant minn ħutna u għall-inġustizzji li spiss huma kawża tagħhom, għandhom idaħħluna fil-vera laqgħa mal-foqra u jagħmlu wisa’ għal qsim li jsir stil ta’ ħajja. Fil-fatt, it-talb, il-mixja tad-dixxipulat u l-konverżjoni jsibu fl-imħabba li tingħata u tinqasam il-verifika tal-awtentiċità evanġelika tagħhom. U minn dan il-mod ta’ ħajja joħorġu l-ferħ u s-serenità tar-ruħ, għax immissu b’idejna l-laħam ta’ ġisem Kristu. Jekk irridu niltaqgħu tassew ma’ Kristu, hemm bżonn li mmissu l-ġisem tiegħu f’dak kollu ġrieħi tal-foqra, bħala twettiq tax-xirka sagramentali li nkunu rċivejna fl-Ewkaristija. Il-Ġisem ta’ Kristu, maqsum fil-liturġija mqaddsa, insibuh fl-imħabba maqsuma fl-uċuħ u fil-persuni ta’ ħutna l-iżjed dgħajfa. Huma dejjem attwali l-kelmiet tal-isqof qaddis Griżostmu: “Trid tagħti ġieħ lill-Ġisem ta’ Ġesù? Tistmellx l-għera tiegħu; tlibbsux hawn fil-knisja b’ħaririjiet u dehbijiet, u mbagħad tħallih ibati l-għera u l-ksieħ barra mill-knisja” (Hom. in Matthæum, 50, 3: PG 58).

Għalhekk aħna msejħin innewlu jdejna lill-foqra, niltaqgħu magħhom, inħarsu f’għajnejhom, ngħannquhom, biex iħossu s-sħana tal-imħabba li tkisser iċ-ċirku magħluq tas-solitudni. Idhom miftuħa lejna hi wkoll stedina biex ninqalgħu miċ-ċertezzi u l-kumditajiet tagħna, u nagħrfu l-valur li għandu l-faqar fih innifsu.

4. Ma ninsewx li għad-dixxipli ta’ Kristu l-faqar hu qabelxejn sejħa biex jimxu wara Ġesù fqir. Hi mixja warajh u miegħu, mixja li twassal għall-hena tas-Saltna tas-smewwiet (ara Mt 5:3; Lq 6:20). Il-faqar ifisser qalb umli li biha nagħrfu nilqgħu l-qagħda tagħna ta’ ħlejqa limitata u midinba biex negħlbu t-tentazzjoni tal-omnipotenza, li timlielna moħħna li aħna immortali. Il-faqar hu atteġġjament tal-qalb li jżommna milli noqogħdu naħsbu fil-flus, fil-karriera, fil-lussu bħala l-għan ta’ ħajjitna u kundizzjoni għall-ferħ tagħna. Hu l-faqar, pjuttost, li joħloq il-kundizzjonijiet biex b’libertà nistgħu nassumu r-responsabbiltajiet personali u soċjali tagħna, minkejja l-limiti tagħna, u nafdaw fil-qrubija ta’ Alla, imwieżna mill-grazzja tiegħu. Il-faqar, jekk nifhmuh b’dan il-mod, isir il-kriterju li bih nistgħu niżnu l-użu tajjeb tal-ġid materjali, u anki biex ngħixu b’mod mhux egoistiku u possessiv ir-rabtiet u l-imħabbiet tagħna (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, nn. 25-45).

Mela ejja nagħmlu tagħna l-eżempju ta’ San Franġisk, xhud tal-faqar ġenwin. Hu, proprju għax żamm ħarstu msammra fuq Kristu, wasal biex għarfu u qdieh fil-foqra. Mela, jekk nixtiequ noffru sehemna b’mod effikaċi għall-bidla tal-istorja, u nġibu l-iżvilupp veru, jeħtieġ nisimgħu l-karba tal-foqra u nħabirku biex nerfgħuhom mill-qagħda tagħhom ta’ emarġinazzjoni. Fl-istess waqt, lill-foqra li jgħixu fl-ibliet u fil-komunitajiet tagħna nfakkarhom ma jitilfux is-sens tal-faqar evanġeliku li jġorru f’ħajjithom.

5. Nafu kemm diffikultajiet għandna fi żmienna biex nidentifikaw b’mod ċar il-faqar. Imma xorta waħda dan jisfidana ta’ kuljum bl-elf wiċċ tiegħu mmarkat mit-tbatija, mill-emarġinazzjoni, mit-tirannija, mill-vjolenza, mit-torturi u mill-jasar, mill-gwerra, miċ-ċaħda tal-libertà u tad-dinjità, mill-injoranza u mill-analfabetiżmu, min-nuqqas ta’ servizzi tas-saħħa u xogħol, mit-traffikar u mill-iskjavitù, mill-eżilju u mill-miżerja, mill-immigrazzjoni sfurzata. Il-faqar għandu l-wiċċ ta’ nisa, ta’ rġiel u ta’ tfal abbużati għal interessi vili, ikkalpestati mil-loġika perversa tal-poter u tal-flus. X’lista kiefra u li qatt mhi sħiħa kellna nagħmlu quddiem il-faqar frott tal-inġustizzja soċjali, tal-miżerja morali, tar-regħba tal-ftit u tal-indifferenza tal-ħafna!

B’xorti ħażina, fi żmienna, waqt li qed joħroġ iktar l-għana sfaċċat maħżun f’idejn il-ftit ipprivileġġjati, u spiss ma’ dan l-illegalità u l-isfruttament offensiv tad-dinjità umana, hu ta’ skandlu kif il-faqar qed jitwessa’ għal oqsma kbar tas-soċjetà fid-dinja kollha. Quddiem dan ix-xenarju, ma nistgħux nibqgħu b’idejna fuq żaqqna u wisq inqas nirrassenjaw ruħna. Quddiem il-faqar li jillimita l-ispirtu ta’ inizjattiva ta’ tant żgħażagħ, u jżommhom milli jsibu xogħol; quddiem il-faqar li jmewwet is-sens ta’ responsabbiltà u jwassalna biex nippreferu d-delega u t-tiftix ta’ favoritiżmi; quddiem il-faqar li javvelena l-għejun ta’ parteċipazzjoni u jfaqqar l-ispazji tal-professjonalità u hekk jumilja l-merti ta’ min jaħdem u jipproduċi; quddiem dan kollu jeħtieġ inwieġbu b’viżjoni ġdida tal-ħajja u tas-soċjetà.

Dawn il-foqra kollha – kif kien iħobb jgħid il-Beatu Pawlu VI – huma tal-Knisja bi “dritt evanġeliku” (Diskors fil-ftuħ tat-II Sessjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, 29 ta’ Settembru 1963) u jobbligawna għall-għażla fundamentali favurihom. Għalhekk, imbierka d-dirgħajn miftuħa biex jilqgħu lill-foqra u jgħinuhom: huma dirgħajn li jġibu t-tama. Imbierka d-dirgħajn li jaqbżu kull ħajt tal-kultura, tar-reliġjon u tan-nazzjonalità biex isawbu ż-żejt tal-faraġ fuq il-ġrieħi tal-umanità. Imbierka d-dirgħajn li jinfetħu bla ma jitolbu xejn lura, bla “jekk”, bla “imma” u bla “forsi”: huma dirgħajn li jniżżlu fuq l-aħwa l-barka ta’ Alla.

6. Fi tmiem il-Ġublew tal-Ħniena ridt noffri lill-Knisja l-Jum Dinji tal-Foqra, biex fid-dinja kollha l-komunitajiet Insara jsiru dejjem iżjed u aħjar sinjal konkret tal-imħabba ta’ Kristu għall-foqra u dawk l-iżjed fil-bżonn. Mal-Jiem Dinjija l-oħra mwaqqfa mill-Predeċessuri tiegħi, li issa saru tradizzjoni fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna, nixtieq jiżdied dan, li fil-ġabra tagħhom flimkien inissel element ta’ kompletament evanġeliku mill-isbaħ, jiġifieri l-preferenza ta’ Ġesù għall-foqra.

Nistieden lill-Knisja kollha u lill-bnedmin ta’ rieda tajba biex, f’dan il-jum, iżommu ħarsithom imsammra fuq dawk kollha li b’idejhom miftuħa qed jokorbu għall-għajnuna u jitolbuna s-solidarjetà tagħna. Dawn huma ħutna, maħluqin u maħbubin mill-Missier wieħed tas-Sema. Dan il-Jum jixtieq qabelxejn iħeġġeġ lil min jemmen biex jirreaġixxi għall-kultura tal-iskart u tal-ħela, u minflok jagħmel tiegħu l-kultura tal-laqgħa. Fl-istess waqt l-istedina hi miftuħa għal kulħadd, hi x’inhi l-appartenenza reliġjuża, biex jinfetaħ għall-qsim mal-foqra f’kull xorta ta’ solidarjetà, bħala sinjal konkret ta’ fratellanza. Alla ħalaq is-sema u l-art għal kulħadd; b’xorti ħażina, huma l-bnedmin li tellgħu fruntieri, ħitan u ċnut, bi tradiment kontra d-don tal-bidu maħsub għall-bnedmin kollha, ħadd eskluż.

7. Nixtieq li l-komunitajiet Insara, fil-ġimgħa qabel il-Jum Dinji tal-Foqra, li din is-sena sa jaħbat fid-19 ta’ Novembru, it-XXXIII Ħadd ta’ Matul is-Sena, iħabirku biex joħolqu tant mumenti ta’ laqgħa u ta’ ħbiberija, ta’ solidarjetà u ta’ għajnuna konkreta. Jistgħu mbagħad jistiednu lill-foqra u lill-voluntiera biex jieħdu sehem flimkien fl-Ewkaristija ta’ dan il-Ħadd, biex hekk tkun iżjed awtentika ċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-univers, il-Ħadd ta’ wara. Fil-fatt, ir-regalità ta’ Kristu toħroġ fit-tifsira kollha proprja tagħha fuq il-Golgota, meta l-Innoċenti msammar mas-salib, fqir, għeri u mċaħħad minn kollox, ilaħħam u juri fih il-milja tal-imħabba ta’ Alla. L-abbandun totali tiegħu għall-Missier, waqt li jesprimi l-faqar sħiħ tiegħu, juri l-qawwa ta’ din l-Imħabba, li dakinhar tal-Għid tqajmu għal ħajja ġdida.

F’dan il-Ħadd, jekk fil-post fejn ngħixu hemm foqra li qed ifittxu protezzjoni u għajnuna, ejjew nersqu qrib tagħhom: ikun il-mument it-tajjeb biex niltaqgħu ma’ dak Alla li qed infittxu. Skont it-tagħlim tal-Iskrittura (ara Ġen 18:3-5; Lhud 13:2), nilqgħuhom bħala mistiedna pprivileġġjati madwar il-mejda tagħna; jistgħu jkunu għalina għalliema li jgħinuna ngħixu l-fidi b’mod iżjed koerenti. Bil-fiduċja u d-disponibbiltà tagħhom li jilqgħu l-għajnuna, juruna b’mod sobrju, u spiss ferrieħi, kemm hu importanti li ngħixu fuq l-essenzjal u nintelqu fil-providenza ta’ Alla.

8. Bħala bażi għal tant inizjattivi konkreti li jistgħu jitwettqu f’dan il-Jum ħa jkun hemm dejjem it-talb. Ma ninsewx li l-Missierna hi t-talba tal-foqra. It-talba għall-ħobż, fil-fatt, tesprimi l-fiduċja sħiħa f’Alla fil-bżonnijiet primarji ta’ ħajjitna. Meta Ġesù għallimna b’din it-talba, esprima u laqa’ l-karba ta’ min qed ibati minħabba l-faqar tal-ħajja u n-nuqqas tal-meħtieġ. Lid-dixxipli li talbu lil Ġesù jgħallimhom jitolbu, hu weġibhom bi kliem il-foqra li jduru fuq il-Missier waħdieni li fih kollha jagħrfu li huma aħwa. Il-Missierna hi talba li tingħad fil-plural: il-ħobż li nitolbu hu “tagħna”, u dan ifisser qsim, sehem u responsabbiltà komuni. F’din it-talba lkoll nagħrfu l-esiġenza li negħlbu kull xorta ta’ egoiżmu biex naslu għall-ferħ tal-akkoljenza reċiproka.

9. Nitlob lill-isqfijiet ħuti, lis-saċerdoti, lid-djakni – li b’vokazzjoni għandhom il-missjoni tal-għajnuna lill-foqra –, lill-persuni kkonsagrati, lill-għaqdiet, lill-movimenti u lid-dinja wiesgħa tal-volontarjat biex ilkoll jimpenjaw ruħhom biex dan il-Jum Dinji tal-Foqra jsir tradizzjoni li tkun kontribut konkret għall-evanġelizzazzjoni tad-dinja ta’ żmienna.

Għalhekk, ħa jsir dan il-Jum Dinji ġdid sejħa qawwija lill-kuxjenza tagħna li temmen, biex nikkonvinċu ruħna dejjem aktar li l-qsim mal-foqra jwassalna biex nifhmu l-Vanġelu fil-verità l-aktar profonda tiegħu. Il-foqra mhumiex problema: huma riżorsa li rridu nfittxu biex nistgħu nilqgħu u ngħixu l-qalba tal-Vanġelu.

Mill-Vatikan, 13 ta’ Ġunju 2017
Tifkira ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

Franġisku

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_comments WHERE comment_post_ID = '3932' AND comment_approved = '1' ORDER BY comment_date