UFFIĊĊJU STAMPA KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa
27 ta’ April 2016
PROĠETT MERĦBA
ID-DJOĊESI KATTOLIKA U L-KOMUNITÀ ANGLIKANA F’GĦAWDEX
JOSPITAW GRUPP TA’ STUDENTI NSARA MILL-IRAQ
Id-Djoċesi ta’ Għawdex u l-Komunità Anglikana qed iniedu l-Proġett Merħba: proġett ta’ akkoljenza ta’ grupp ta’ erbgħa u għoxrin student u studenta Nisranija, ta’ bejn it-tnax u s-sittax-il sena, minn Erbil, fl-Iraq. Il-grupp sa jiġi ospitat f’appartament tal-Kurja f’Marsalforn, bejn il-25 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju 2016. Il-viżjoni ta’ dan il-proġett hi li jservi ta’ programm ta’ skambju edukattiv li jqiegħed fil-prattika l-prinċipji fundamentali umani ta’ ħbiberija u mħabba, u jseddaq it-tama għal futur aħjar. Continue reading >>