Archive for November, 2014

Bullettin tal-Ħadd - 30 ta’ Novembru 2014

NIżżel il-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-novembru-30.jpg

Kristu Re f’Għawdex jittratta t-tema tal-vokazzjonijiet. Ikantaw l-Ekklesia Sisters.

“Il-familji huma l-ewwel seminarju”.  Hekk qal Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Manifestazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li nżammet aktar kmieni wara nofs in-nhar (il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2014) quddiem is-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Belt Victoria.  Hu spjega li din is-sena ntgħażel is-Seminarju għal din iċ-ċelebrazzjoni billi t-tema magħżula, fl-okkażjoni wkoll tal-mija u ħamsin anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex, kienet dik tal-vokazzjonijiet.

l-isqof-grech.jpg

L-Isqof sejjaħ is-Seminarju, miftuħ sentejn biss wara li twaqqfet id-Djoċesi fl-1864, bħala l-qalb tad-djoċesi, tal-poplu kollu ta’ Alla f’Għawdex.  “Minn din id-dar”, qal l-Isqof, “ħarġu ’l fuq minn sitt mitt saċerdot.  U għalhekk ġejna hawn biex napprezzaw dan id-don ta’ Knisja żagħżugħa mija u ħamsin sena u nkomplu nitolbu lil Kristu, Sultan u Ragħaj, biex ikompli jsejjaħ aktar qlub ġenerużi”.  Hu indirizza b’mod speċjali l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna li, għalkemm fil-parti l-kbira tagħhom huma mrawma tajjeb fil-fidi, bħar-raġel għani tal-Vanġelu għandhom ħafna mistoqsijiet serji u profondi f’qalbhom li jistennew risposta.

It-tweġiba li tista’ tissodisfa dan in-nuqqas ta’ serħan, kompla l-Isqof, qiegħda fil-ħarsa ta’ mħabba ta’ Ġesù li naqraw dwarha fl-istess Vanġelu.  U ż-żgħażagħ tagħna jistgħu jaslu biex iwieġbu għal sejħa saċerdotali, reliġjuża jew ta’ ħajja kkonsagrata, jekk fil-ġenituri u l-familji tagħhom isibu din il-ħarsa ħelwa.  Għalhekk il-familji huma mixtla ta’ vokazzjonijiet.  “Għeżież żgħażagħ, il-Knisja jinteressaha minnkom u tistmakom”.  Il-proposta ta’ Ġesù hi li ż-żgħażagħ jiftħu qalbhom għall-foqra u jsiru strumenti ta’ komunjoni, għax dan jibni l-vokazzjoni.  L-Isqof irringrazzja b’mod speċjali lill-animaturi vokazzjonali u pastorali fil-parroċċi li jgħinu lill-adolexxenti fit-tiftix tas-sejħa tagħhom.  Hu semma kif baqa’ milqut minn kummenti ta’ membri żgħar tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet fix-Xagħra, fejn qed jagħmel il-Viżta Pastorali bħalissa, li semmewlu numru sabiħ ta’ saċerdoti li jammiraw, fosthom għadd sabiħ ta’ anzjani.

Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’korteo bl-istatwa tar-Ragħaj it-Tajjeb minn Pjazza Santu Wistin, li fih ħadu sehem abbatini minn Għawdex kollu.  “Min jaf meta tkunu qrib ta’ l-altar, x’jixtieq jgħidilkom Ġesù!”.

ekklesia-sisters.jpg

Sorpriża sabiħa għal dawk preżenti kienet l-intervent ta’ esperjenza vokazzjonali minn soru Ursolina u żewġ innijiet mill-istess sorijiet, li kantaw ukoll id-diska Love and let go li interpetaw fil-Eurovision Song Contest.  L-Isqof irringrazzjahom tax-xhieda li taw fuq il-palk tal-kultura ta’ pajjiżna.

Messaġġ tal-Isqof Grech lill-Arċisqof Emeritu Cremona

MESSAGE OF MONSIGNOR MARIO GRECH
BISHOP OF GOZO
TO HIS EXCELLENCY MONSIGNOR PAUL CREMONA  O.P.
ARCHBISHOP EMERITUS OF MALTA

Dear Monsignor Cremona,

Eight years in the capacity of Archbishop of Malta are not many but, through your unique charisma, they were enough for you to leave an effect on us all.

When as Church, you helped us maintain our focus on Jesus Christ and through him learn to instil  love and mercy, at the same time, you  prepared society to set its views regarding the Church so as  not to expect from the Church what is not in its competence to grant. I bear witness to the fact that, on your part, genuine and humble efforts where never lacking in ensuring that our words, in their meaning and their tone, would approximate as much as possible the gentle voice of the Shepherd who never ceases to care for His sheep. Your concern for a defective sapling not to be broken and a flickering flame not to be extinguished, was evident at all times. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 23 ta’ Novembru 2014

Ikklikkja fuq l-istampa biex tkabbarha:

bullettin-2014-novembru-23.jpg

Jum il-Karità fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Fl-okkażjoni tas-Solennità liturġika ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu, id-Djoċesi ta’ Għawdex tiċċelebra Jum il-Karità. Mal-bullettin jitqassam envolope biex jingħataw offerti b’risq il-ħidma ta’ karità u solidarjetà li twettaq id-Djoċesi permezz tal-Caritas Djoċesana. Il-ġbir fil-quddies tas-Sibt filgħaxija, 22 ta’ Novembru, u l-Ħadd 23 ta’ Novembru - Festa ta’ Kristu Re - imur ukoll għal dan il-għan.

Ikklikkja fuq l-istampa u ara t-tagħrif marbut mal-ħidma tal-Caritas għas-sena 2013.

jum-il-karita-2014-flyer.jpg

Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu

Fl-okkażjon tas-Solennità ta’ Kristu Re, id-Djoċesi se torganizza attività għat-tfal tad-duttrina u ċelebrazzjoni djoċesana.

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-programm:

kristu-re-poster-2014.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 16 ta’ Novembru 2014

Ikklikkja fuq l-istampa biex tkabbarha:

bullettin-2014-novembru-16.jpg

‘Relatio Synodi’ - Ir-Rapport finali tas-Sinodu tal-Isqfijiet

“RELATIO SYNODI”
TAT-III ASSEMBLEA ĠENERALI STRAORDINARJA
TAS-SINODU TAL-ISQFIJIET
“L-ISFIDI PASTORALI DWAR IL-FAMILJA
FIL-KUNTEST TAL-EVANĠELIZZAZZJONI”
(5-19 TA’ OTTUBRU 2014)

Is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2014

WERREJ

Introduzzjoni

L-EWWEL PARTI
Is-smigħ: il-kuntest u l-isfidi fuq il-familja
Il-kuntest soċjo-kulturali
Ir-relevanza tal-ħajja affettiva
L-isfida għall-pastorali

IT-TIENI PARTI
Il-ħarsa lejn Kristu: il-Vanġelu tal-familja
Il-ħarsa lejn Ġesù u l-pedagoġija divina fl-istorja tas-salvazzjoni
Il-familja fil-pjan salvifiku ta’ Alla
Il-familja fid-dokumenti tal-Knisja
L-indissolubbiltà taż-żwieġ u l-ferħ tal-ħajja flimkien
Il-verità u l-ġmiel tal-familja u ħniena lejn il-familji miġruħa u dgħajfa

IT-TIELET PARTI
Il-konfront: perspettivi pastorali
Inħabbru l-Vanġelu tal-familja llum, fid-diversi kuntesti
Ngħinu lill-koppji li qegħdin f’mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ
Insieħbu lill-koppji fl-ewwel snin tal-ħajja taż-żwieġ
Kura pastorali għal dawk li qed jgħixu fiż-żwieġ ċivili jew f’konvivenzi
Nikkuraw il-familji miġruħa (separati, divorzjati li ma reġgħux iżżewġu, divorzjati li reġgħu żżewġu, familji b’ġenitur wieħed)
L-attenzjoni pastorali lejn il-persuni b’orjentament omosesswali
It-trasmissjoni tal-ħajja u l-isfida tat-tnaqqis fir-rata tat-twelid
L-isfida tal-edukazzjoni u r-rwol tal-familja fl-evanġelizzazzjoni

Konklużjoni
___________________
Niżżel id-dokument pdf minn hawn: 2014-10-18-relatio-synodi.pdf