Archive for March, 2012

Il-valur tal-mistrieħ f’Jum il-Ħadd

Illum il-Jum Ewropew tal-Ħdud franki mix-xogħol

Stqarrija tal-Isqof Mario Grech

Meta llum il-European Sunday Alliance qed tiċċelebra l-4 ta’ Marzu bħala “il-Jum Ewropew tal-Ħdud franki mix-xogħol”, nappella biex iċ-ċittadini jikkooperaw ma’ din l-inizjattiva biex ma jsirx xogħol fil-Jum tal-Ħadd, b’eċċezzjoni għal dik il-ħidma li hija neċessarja fis-soċjetà.

Huwa ta’ sodisfazzjon li s-soċjetà waslet biex tiddefendi l-valur ċivili tal-Ħadd għax hekk il-ħaddiem ikollu ħin għall-mistrieħ, żmien biex jiltaqa’ mal-familja u l-komunità, possibilità biex jieħu sehem f’attivitajiet kulturali u jwettaq attivitajiet oħra li ma għandhomx x’jaqsmu mal-produttività u l-konsum, bħalma hija attività ta’ voluntarjat u fl-impenn sportiv. Continue reading >>

Għoti tal-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolitat

NEVANĠELIZZAW IL-GALILIJA TAL-ĠNUS

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Għoti tal-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolitat
Knisja parrokkjali tas-Santissmu Salvatur, l-Għasri – Il-Ħadd 26 ta’ Frar 2012

Nixfa spiritwali
Il-Kelma ta’ Alla li tħabbritilna llum toffrilna żewġ tixbihat li bihom nistgħu naqraw is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha – żewġ fenomeni li t-tnejn jindikaw nuqqas ta’ ħajja!

Fi żmien Noè kien hemm għarar kbir (Ġen 9:8-15): id-dilluvju ħarbat l-art, l-ilma kotran għamel diżastru, il-qerda kienet totali. F’ċertu sens, fis-soċjetà moderna l-bniedem huma mgħaddas fil-ġid. Il-ġid mhux ħaġa ħażina fih innifsu, imma l-mod kif aħna nirrelataw mal-ġid jista’ jkun żbaljat! L-affluwenza u l-materjaliżmu qed jeqirdu għadd ta’ valuri u doni li kienu jżejnu lill-bniedem. Illum kollox sar jiddependi mill-prezz u għalhekk dak li mhuwiex riżorsa ta’ qligħ faċli jiġi skartat. Każ tipiku huwa l-volontarjat. Sirna saħansitra nilagħbu mal-ħajja umana biex nagħmlu l-profitti jew biex niffrankaw l-ispejjeż. Għalhekk f’dan is-sens, il-ġid kotran flok ma qed jissarraf f’barka, f’ħafna każi sar kawża ta’ qerda. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Marzu 2012

logonewsheet.jpg

 Niżżel in-newsheet minn hawn