On Monday the 19th of March 2012, liturgical feast of St Joseph, the seminarians of the diocese of Gozo together with the collaboration of Pastoral Vocations Director for Gozo organized the Sports Day for the altar servers and members of the Vocations’ groups of the diocese. The aim of this activity was so that the seminarians and the students would have a chance to meet together, come to know each other and enjoy themselves together. Continue reading >>
Archive for March, 2012
Emerġenza edukattiva
Sintesi tal-omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Girgor li saret fil-Parroċċa ta’ Kerċem, il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2012.
Iż-żgħażagħ tagħna qed jistaqsu lill-adulti x’sens fiha l-ħajja. Imma hemm ir-riskju li, kif jikteb George Bernanos, aħna l-adulti, minflok ma nagħtuhom it-tweġiba t-tajba, nibagħtuhom imutu fit-trunċiera tal-gwerra. F’ċertu sens il-kultura ta’ żminijietna, battala mill-valuri, hija waħda minn dawn it-trunċieri! Continue reading >>
AVVIŻ
MIS-SEMINARJU MINURI U MILL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-KONSERVATORJU TAL-ISQOF TAD-DJOĊESI T’GĦAWDEX
Il-ġenituri/kustodji tal-Istudenti ta’ Year 6 iIli jattendu fl-Iskejjel Primarji tal-Istat, DEJJEM JEKK IRIDU, huma ġentilment mitluba jirreġistraw lil uliedhom għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tas-Seminarju Minuri u tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, 20 u 21 ta’ Marzu mid-9:00 a.m. sal-11.30 a.m.
L-applikazzjonijiet għat-tfal subien jimtlew fis-Seminarju Minuri waqt li għat-tfal bniet jimtlew fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (dħul mill-parking tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex). Min japplika mitlub jieħu miegħu: Ċertifikat oriġinali tat-Twelid tat-tifel/tifla kif ukoll żewġ ritratti tiegħu/tagħha. Tkun mitluba wkoll l-Karta tal-Identità tal-Ġenituri. It-tfal iridu jkunu mwielda bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2001. Isir ħlas ta’ €10 mal-applikazzjoni.
Anke f’dan ir-Randan il-Kummissjoni Djoċesana Familja ser torganizza l-eżerċizzi għall-persuni separati irġiel jew nisa, u għal dawk li jinsabu f’relazzjoni barra ż-żwieġ. Dawn l-eżerċizzi ser isiru f’Dar Manresa minn nhar it-Tnejn 26 sa’ nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012. Il-ħin ikun mit-8pm sad-8.45pm. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
The government (in the UK) is about to launch a consultation on changing the legal definition of marriage. Archbishop Vincent Nichols and Archbishop Peter Smith, President and Vice President of the Bishops’ Conference respectively, have written to Catholic parishioners to voice their opposition to any change in the law and to encourage participation in the consultation:
10/11 march 2012
A Letter on Marriage
from the President and Vice-President
of the Bishops’ Conference of England and Wales
Dear Brothers and Sisters in Jesus Christ,
This week the Coalition Government is expected to present its consultation paper on the proposed change in the legal definition of marriage so as to open the institution of marriage to same-sex partnerships.
Today we want to put before you the Catholic vision of marriage and the light it casts on the importance of marriage for our society. Continue reading >>
INAWGURAT ĊENTRU TA’ AKKOLJENZA F’GĦAWDEX
F’Għawdex ġie inawgurat Ċentru ta’ Akkoljenza li ser ikun joffri kenn alternattiv, sakemm jinstabu soluzzjonijiet oħra, lil persuni jew familji li minħabba problemi diversi jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Wara li l-Kurja ta’ Għawdex identifikat u offriet il-post, il-Ministeru għal Għawdex beda xogħol ta’ ristrutturar u mmodernizzar, bil-għan li ċ-Ċentru joffri ambjent akkoljenti. Dan iċ-Ċentru ġie inawgurat illum, il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2012 mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, u ġie mbierek mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Continue reading >>