Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-settings.php on line 264

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-settings.php on line 266

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-settings.php on line 267

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-settings.php on line 284

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-includes/cache.php on line 36

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-includes/query.php on line 21

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-includes/theme.php on line 540

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/exec-php.php on line 21

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 54

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 57

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 62

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 63

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 64

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 65

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/manager.php on line 66

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/ajax.php on line 69

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/cache.php on line 33

Deprecated: Assigning the return value of new by reference is deprecated in /home/content/69/13962169/html/wp-content/plugins/exec-php/cache.php on line 42
PASTORALI TAL-ISQFIJIET<br/> AVVENT 2010<br/> IL-PRESEPJU FIL-FAMILJI TAGĦNA at Gozo Diocese



PASTORALI TAL-ISQFIJIET
AVVENT 2010
IL-PRESEPJU FIL-FAMILJI TAGĦNA

English Version

IL-PRESEPJU FIL-FAMILJI TAGĦNA

Ħuti għeżież,
Fil-Milied aħna bħala Nsara nifirħu bil-miġja tal-Iben ta’ Alla fostna meta sar bniedem. Dan aħna nagħrfuh fit-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Iżda aħna wkoll nistagħġbu meta naraw b’liema mħabba Alla l-Missier ħejja l-miġja ta’ Ibnu fostna. Ħejja lil Ommu Marija u lil Missieru putattiv Ġużeppi biex l-għerusija u ż-żwieġ tagħhom jgħaqqduhom mat-twelid ta’ tarbija li Alla l-Imbierek kien se jibagħtilhom: it-tarbija kienet fil-qofol tal-ħajja miżżewġa tagħhom. F’dawn il-ġranet kull Nisrani jirrifletti fuq ix-xena ħelwa tat-tarbija mdawra mill-ġenituri t-tnejn tagħha. U din id-dehra tant tferraħna li aħna fid-djar tagħna narmaw il-presepju biex jgħinna nifirħu. Aħna naraw b’liema għożża Marija u Ġużeppi rabbew lil Ġesù fl-episodju tal-ħarba fl-Eġittu meta t-tarbija tagħhom kienet mhedda  (Mt 2, 13-15) kif ukoll fl-inkwiet tagħhom meta tilfu lil Ġesù fit-Tempju (Lq 2,41-52).

Għeżież,  għalina li nemmnu, ir-riflessjoni fuq Sidna Ġesù Kristu qatt ma nistgħu nifirduha minn riflessjoni fuqna l-bnedmin. F’dan l-Avvent li jwassal għall-Milied, aħna nixtiequ nirriflettu lkoll fuq din ir-riflessjoni: “Possibbli li Alla l-Missier jixtieq inqas minn dan għal kull tarbija li titwieled fid-dinja?”

It-Twelid ta’ Tarbija fostna

Niżżu ħajr lil Alla li ħafna trabi jitwieldu u jitrabbew f’atmosfera li tirrifletti t-Twelid ta’ Ġesù. Iżda xi drabi – u anki tarbija waħda hija diġà ħafna - din il-viżjoni fis-soċjetà tagħna hija mtappna. It-twelid ikun imdawwar biss mill-omm, bit-tbatija li dan kollu jġib wara fit-trobbija tagħhom. F’kull separazzjoni, it-tfal minflok ma’ jintelqu biex igawdu l-imħabba kontinwa tal-ġenituri, jkollhom jagħmlu għażliet kif se jġibu ruħhom mal-ġenituri tagħhom biex ma jweġġgħux wisq emozzjonalment. In-Nisrani qatt ma jieħu dan bħala kundanna għall-persuni, iżda bħala sfida fl-imħabba biex nagħtu s-sehem tagħna ħalli ntejbu s-soċjetà għall-ilqugħ tat-tfal tagħna. Irridu nagħmlu iktar biex dan il-presepju – ta’ tarbija mdawra minn omm u missier - ma jkunx mittiefes fostna l-bnedmin, ma’ kull tarbija!
Kultant il-Knisja Kattolika u aħna l-Kattoliċi niġu kkritikati li aħna idealisti għaliex ma nibdewx mid-dinja ta’ madwarna u naċċettawha kif inhi u mbagħad naraw biss kif intaffu xi ftit id-dannu. Dan fi żmienna qiegħed isir fl-isfera tal-familja, b’mod speċjali fl-isfera tal-liġijiet. U f’dan kollu nafu li l-iktar li jbatu f’dan kollu huma t-tfal.
Il-qofol tal-ħsieb ta’ dawk li jemmnu verament fi Kristu huwa proprju li jżommu f’qalbhom  dejjem il-qofol tat-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu: li jħobb lill-bnedmin li qegħdin jgħixu f’din ir-realtà u jaħdem biex ibiddilha għall-ġid tal-bniedem stess. Fl-aħħar Nota Pastorali tagħna, aħna għedna: “Hija l-attitudni tagħna li trid tinbidel, mhux iż-żwieġ”. Il-Milied huwa mument meta kull wieħed u waħda minna, u lkoll flimkien, nagħmlu l-għażla: irridu nibdew minn din ir-riflessjoni ħelwa tal-Presepju, ngħixuh aħna fil-familji tagħna,  u mbagħad nibdew inxerrdu din il-viżjoni biex nagħmlu soċjetà li tkun iktar għas-servizz tal-bniedem, f’dan il-każ, tat-tarbija u tat-tfal.
Qegħdin nagħmlu din ir-riflessjoni għaliex nifirħu li nisimgħu kemm-il darba li aħna għandna nqiegħdu lit-tfal fil-qofol tar-riflessjoni tagħna, iżda nistgħu ngħidu li mhux dejjem il-proposti ta’ leġislazzjoni jew l-atmosfera tas-soċjetà tagħna, qegħdin jirriflettu dan il-ħsieb fil-kuntest Kristjan, jew ta’ ġid għat-tfal stess.

Il-progress tax-Xjenza 

Ħafna drabi, il-progress tax-xjenza huwa ta’ ġid għall-bniedem għaliex iġiblu possibiltajiet ġodda, u jiftaħlu orizzonti ġodda fuq dak li kapaċi jagħmel. Illum naraw is-sbuħija tax-xjenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-mediċina u mat-teknoloġija tal-informatika.
Iżda mhux dejjem nindunaw mill-ewwel fl-eċċitament tal-mument tal-iskoperta, biex napplikawha għall-bniedem u għall-prinċipji bażiċi tiegħu. Dawn jgħallmu li hemm bżonn jibqa’ rispett għal dak li hemm fil-bażi tal-Ħolqien, jew tan-Natura, u nibdew minnu, inkella jista’ jirriżulta għad-dannu tal-bniedem stess.
L-iktar eżempju kbir li għandna huwa fl-ambjent. Il-bniedem bil-mezzi moderni li għandu f’idejh għandu ħafna iktar qawwa li jiddomina n-natura. Tul għexieren ta’ snin, indunajna li ma rrispejtaniex biżżejjed in-natura u skoprjena li qegħdin infixklu n-natura fil-globalità tagħha. Fid-dawl ta’ din il-qawwa kbira abbużajna min-natura u issa qegħdin naraw kif nerġgħu nibdew mir-rispett tal-ambjent! L-interessi egoistiċi tal-bnedmin mexxew huma b’dannu għall-ħolqien u għall-bniedem stess.
Waħda mill-iżvantaġġi li jiġu mill-fatt li aħna pajjiż żgħir huwa proprju għaliex il-vantaġġi mill-iskoperti jiġu daqxejn iktar tard għandna. Iżda waħda mill-vantaġġi hija li għal dan il-fatt stess inkunu nistgħu naraw xi jkun ġara f’pajjiżi oħra u nistgħu nitgħallmu minnhom.
F’din l-Ittra Pastorali xtaqna naqsmu magħkom din ir-realtà dwar dak li għandu x’jaqsam mal-isfera tat-tfal fil-familja.

L-Ambjent għat-tfal

Waħda mill-isfidi tal-bniedem illum hija proprju l-bniedem stess. Dan kollu ġara għaliex l-interess personali ħa l-post ta’ valuri oħrajn. Dan qiegħed jiġri llum ukoll meta u jekk inħallu interessi oħrajn jieħdu l-post tal-interessi tat-tfal tagħna. Kull tarbija għandha titqies bħala valur u don fiha nfisha, iktar u iktar meta nikkunsidraw li hija don ta’ Alla.
Alla l-imbierek jistenna li bħalma Ġużeppi u Marija ħejjew qalbhom u moħħhom, u l-ħajja flimkien biex jilqgħu lill-Mulej Ġesù, hekk ukoll jistenna li l-ħidma prinċipali tal-koppja Nisranija ma tkunx biss l-att fiżiku li permezz tiegħu titwieled tarbija, iżda t-tħejjija spiritwali tagħhom fl-imħabba dejjiema biex permezz tagħha kull tarbija mhux biss titwieled iżda tikber imħaddna mill-imħabba tal-ġenituri.
Għalhekk aħna ngħallmu li l-edukazzjoni sesswali trid tibda minn dak li hu uman fostna – l-imħabba tal-koppja, u r-rispett lejn xulxin – li mbagħad tinfirex fuq l-aspett fiżiku tas-sesswalità  b’dak l-aspett tant sabiħ tal-ferħ u l-pjaċir, li jressaq lill-koppja lejn xulxin. U dan ikun il-qafas proprju fejn il-Mulej jista’ jibgħat tarbija u jaf li se tkun milqugħa bl-imħabba li jkun hemm f’dak l-att sesswali.
Ma nkunux qegħdin naħsbu fit-trabi li jitwieldu jew it-tfal li qegħdin jitrabbew jekk nafdaw biss fuq edukazzjoni sesswali mingħajr ma nirreferuha għall-konsegwenzi marbutin intimament magħha. Irridu niftħu għajnejn iż-żgħażagħ tagħna għas-sbuħija ta’ dan il-pjan sħiħ.

It-Teknoloġija fit-tnissil

Anki fostna daħlet it-teknoloġija fit-tnissil tat-trabi. Anki hawn jista’ jkun hemm firda bejn il-possibbiltajiet tat-teknoloġija u dak li hu verament ta’ ġid għat-tarbija fil-ġuf u għat-tarbija li tista’ titwieled effett ta’ din it-teknoloġija. Faċli li nibdlu ċ-ċentralità tat-tarbija għax-xewqat biss tal-kbar. Hawn nixtiequ nsemmu biss l-aspetti l-iktar ċari tal-konsegwenzi fuq it-tfal u mhux fuq l-aspett morali.
Irridu naraw mhux biss ix-xewqa għal tarbija li hija xewqa qaddisa, iżda ladarba dan qiegħed f’idejna, fit-teknoloġija, irridu naraw ukoll jekk hemmx xi drittijiet tat-tarbija fil-ġuf jew tat-tifel jew tifla li qiegħed jiġi mittiefes. Id-drittijiet u l-well-being tagħha huwa dritt ikbar minn ta’ kull persuna oħra u ma nistgħu qatt nissuġġettawh għalih. Fid-dinja tagħna, qatt ma noħolmu li nissoġġettaw l-ebda bniedem magħmul għax-xewqat ta’ persuni oħra b’dannu għall-persuna nfisha. Għalina l-Insara kull dritt li nagħtu lill-persuna adulta jrid ikun - għallinqas - mogħtija lil kull tarbija fil-ġuf jew lit-tifel jew tifla.
Dan l-aħħar saru xi suġġerimenti fuq din it-teknoloġija. Kif nistgħu nkomplu ngħidu li t-tfal huma fiċ-ċentru tal-ħajja soċjali tagħna, jekk naċċettaw li niffriżaw l-embrijuni li f’pajjiżi oħra rriżulta fil-qtil ta’ dawn l-embrijuni? Kif nistgħu ma noffrux lil kull tarbija li titwieled permezz ta’ din it-teknoloġija atmosfera ta’ koppji li kkommettew lilhom infushom għal trobbija stabbli fi żwieġ stabbli? U dawk l-embrijuni, u dawk it-tfal, mhumiex ukoll ‘tagħna’?

Konklużjoni 

Is-soċjetà moderna ppruvat tifred dawn il-valuri kollha minn xulxin. Ir-riżultat dejjem jispiċċa fit-trabi u t-tfal; it-tarbija: il-qtil tat-trabi fil-ġuf fl-abort; il-problema demografika fin-nuqqas ta’ numru ta’ tfal li jitwieldu; it-tbatija tat- tfal li mhux imdawrin mill-imħabba taż-żewġ ġenituri. Dan kollu jurina li anki fin-natura, il-Presepju huwa sħiħ.
Aħna qegħdin insejħu lil dawk li għażlu li jiġu ispirati minn Ġesù, biex f’dan il-Milied, jgħaqqdu l-ferħ spiritwali tat-twelid ta’ Ġesù – fil-Quddiesa ta’ nofs il-lejl, fil-presepju u fil-Bambin li narmaw id-dar - mal-ferħ ta’ kull tarbija li titwieled u tat-tfal fostna, u nagħtu s-sehem tagħna biex dan iseħħ fil-familja tagħna u madwarna.

Nagħtukom il-barka pastorali tagħna b’rahan ta’ kull ġid mis-sema.

Illum, 18 ta’ Novembru, 2010
Tifkira tad-dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Pietru u ta’ San Pawl

 PAWL CREMONA O.P.                     MARIO GRECH
Arċisqof ta’ Malta                        Isqof ta’ Għawdex