Archive for April, 2010

IŻ-ŻJARA TAL-PAPA BENEDITTU XVI - Diskorsi fl-Ajruport ta’ Malta
17 ta’ April 2010

official-logo-pope-visit-2010-portrait.jpg

Awguri lill-Papa Benedittu XVI

Pope Bendict XVI

Awguri lill-Papa Benedittu XVI

mario_grech_arm.jpgF’isem il-poplu t’Alla f’Għawdex insejjaħ il-barka t’Alla fuq il-Qdusija Tiegħu l-Papa li llum jiċċelebra għeluq sninu. Il-ħajja dejjem hija motiv biex irroddu ħajr lil Alla, imma partikularment fil-każ tal-Papa li ta ħajtu għal Kristu, għall-Knisja u għall-umanità.

Huwa ta’ sodisfazzjon li f’dawn il-jiem ta’ tħejjija għaż-Żjara tal-Papa stajna naraw l-entużjażmu jikber fid-djocesi t’Ghawdex. Infatti minn Ghawdex ser ikun hemm din il-partecipazzjoni sabiħa: madwar mitt saċerdot ser iqaddes mal-Papa fuq il-Fosos; ’il fuq minn 1000 pellegrin ser ikun preżenti għall-quddiesa, u madwar 800 żgħażagħ se jattendu għall-attività tal-Papa fuq il-Valletta Waterfront.

Continue reading >>

IT-TRAĠITT BIL-BAĦAR MAL-PAPA BEJN XATT IL-KALKARA U L-VALLETTA WATERFRONT

Nixtiequ nħeġġu lil dawk kollha li għandhom dgħajjes, sailing boats, yachts, eċċ. biex jipparteċipaw fil-vjaġġ li ser jagħmel il-Papa Benedittu XVI bejn Xatt il-Kalkara u l-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 18 t’ April bejn 16.45 u 17.15.
Tkun ħaġa xierqa jekk dawn id-dgħajjes flimkien joħolqu atmosfera sabiħa u movimentata waqt dan it-traġitt billi d-dgħajjes jimxu flimkien  u fl-istess ħin iżommu d-distanza ndikata lilhom  mill-organizaturi.  Il-Papa ser ikun fuq il-Catamaran San Pawl li kien fuqu l-Papa Gwanni Pawlu II fil-1990 meta huwa wkoll daħal fil-Port il-Kbir akkumpanjat minn ħafna dgħajjes.
Mal-Catamaran ser ikun hemm xena partikolari bid-dgħajjes tar-Regatta li ser jakkumpanjaw.

Continue reading >>

IŻ-ŻJARA TA’ PAPA BENEDITTU XVI: SEJĦA GĦAL RIFLESSJONI
Stqarrija mill-Kummisjoni Interdjoċesana Ambjent

English Version - POPE BENEDICT XVI’S VISIT A CALL FOR REFLECTION

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq tfakkar iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu Papa Benedittu XVI b’riflessjoni fuq it-tagħlim tal-Papa dwar official-logo-pope-visit-2010-portrait.jpgir-responsabbiltà ambjentali tal-Knisja skont il-kitbiet tiegħu: Caritas in Veritate¹ u If you want to Cultivate Peace, Protect Creation² (Jekk trid li tkabbar il-paċi, ipproteġi l-ħolqien).

Ġrajja speċjali bħal din teħtieġ ħafna preparamenti kif konna qegħdin naraw dan l-aħħar f’ħafna postijiet f’Malta. U hekk hu tassew xieraq għal din l-okkażjoni kbira. Barra dan, il-KA hija konxja li ħadd minna ma jkun irid jagħti l-impressjoni li l-poplu Malti għandu t-tendenza li jgħatti (u mhux isolvi) l-problemi biex jidher sabiħ. Kulħadd jaqbel li jekk nuru wiċċ b’ieħor minflok niżguraw u nsostnu l-kwalità tajba tal-ħajja li ngħixu ma naslu mkien. Għaldaqstant, il-KA tixtieq toħroġ dan il-komunikat bit-tama sinċiera li fost iċ-ċelebrazzjoni li żjara bħal din jixirqilha, ma nintilfux fix-xinxilli… imma niffukaw aktar fuq l-iskop pastorali taż-żjara milli fuq il-merħba li ser nagħtuh, aktar fuq it-tagħlim tiegħu milli fuq l-uffiċċju tiegħu. Fil-fatt il-KA tħoss li t-tagħlim ta’ dan il-Papa huwa partikolarment relevanti għall-istat attwali tal-kwalità u sostenibbiltà tal-ħajja ta’ dawn il-gżejjer bil-limitazzjonijiet kollha fir-riżorsi ambjentali tagħhom.

Continue reading >>

ALLEGAZZJONI TA’ ABBUŻI SESSWALI MINN SAĊERDOTI - KJARIFIKA

English Version (PDF)

Il-Kurja tixtieq tiċċara xi fatti b’referenza għall-istqarrija maħruġa minnha u irrappurtata mill-media dwar in-numru ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq minuri, u  li saru kontra saċerdoti quddiem ir-Response Team, jiġifieri l-grupp mqabbad mill-Awtoritajiet tal-Knisja biex jinvestiga dawn l-allegazjonijiet.

Il-45 każ imsemmija, kif intqal fl-istqarrija oriġinali, huwa n-numru ta’ allegazzjonijiet li tressqu quddiem ir-Response Team, li huwa immexxi minn Imħallef. Dawn l-allegazzjonijiet tressqu f’dawn l-aħħar ħdax-il sena għaliex ir-Response Team ilu mwaqqaf mill-1999, imma f’uħud mill-każi l-allegazzjonijiet  imorru lura għal fatti li allegatament seħħu saħansitra sas-snin sebgħin. Sal-lum ir-Response Team investiga l-45 każ. Minn dawn, 13-il każ għadhom pendenti, u sab li ma kienx hemm bażi f’19 il-każ, waqt li kien hemm bażi fuq 13-il-saċerdot.  Erbgħa minn dawn is-saċerdoti  kienu riferuti, kif suppost, lis-Santa Sede, u l-każi tagħhom ġew konklużi, instabu ħatja u ngħataw il-piena skond il-każ. Il-piena tvarja minn tneħħija mill-eżerċizzju tal-ministeru tas-saċerdozju għal-limitazzjoni tal-ħidma pastorali tagħhom b’tali mod li ma jistgħux ikollhom l-ebda ħidma mal-minorenni u jitqiegħdu taħt superviżjoni. Tliet saċerdoti oħra għad għandhom il-każ jinstema’ mit-Tribunal imqabbad mis-Santa Sede, waqt li fil-każ ta’ erbgħa oħra li kienu konklużi riċentement għad iridu jitressqu quddiem is-Santa Sede. Iż-żewġ saċerdoti l-oħra mietu.

Continue reading >>

Żjara tal-Papa f’Malta

Promo taż-Żjara tal-Papa f’Malta

MESSAGE FROM CARDINAL TARCISIO BERTONE ON THE OCCASION OF THE VISIT TO MALTA OF H.H. POPE BENEDICT XVI

 

MESSAGE FROM CARDINAL TARCISIO BERTONE

ON THE OCCASION OF THE VISIT TO MALTA OF H.H. POPE BENEDICT XVI

 

Dear Brothers and Sisters,

The Holy Father is greatly looking forward to his Apostolic Visit to the Maltese Islands, due to take place from 17 to 18 April, 2010. He greets all of you in the joy of the Risen Lord and he invokes upon you the abundant blessings that flow from Christ’s conquest of sin and death and his triumphant entry into life.

In the days of preparation that remain, His Holiness asks you to pray that his Visit will be a time of spiritual renewal for the whole Church in Malta and Gozo. Just as Peter was invited by the Lord to confirm his brethren in their faith (cf. Lk 22:32), so now the Successor of Peter comes among you to strengthen you in your commitment to follow Jesus Christ. Malta has remained staunchly faithful to Christ over many centuries, and has done much to defend the faith, both at home and abroad. You may be proud of your Christian heritage, proud of the witness of many generations of Maltese Catholics who have lived out their faith with exemplary devotion, and proud of the apostolic fervour with which countless men and women from your islands have engaged in missionary activity, bringing the good news of Jesus Christ to distant shores.

Continue reading >>

“Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira” (Atti 27,26)
ITTRA PASTORALI FL-OKKAŻJONI TA’ L-EWWEL ŻJARA F’MALTA TAL-Q.T. IL-PAPA BENEDITTU XVI

 English Version (PDF)

Għeżież uliedna,Bħalma aħna dejjem emminna li n-nawfraġju u l-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma seħħewx b’kumbinazzjoni, hekk illum inħossu li żjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali għal pajjiżna.Lill-Maltin u lill-Għawdxin ta’ elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tiegħu u tal-waqfa tiegħu fil-gżejjer tagħna, laqqagħhom ma’ Ġesu’ Kristu u permezz tal-Evanġelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom. Quddiem din iż-żjara tal-Papa fostna, u biex din il-ġrajja ma tkunx ċerimonjali biss, ikun tajjeb nieqfu u nistaqsu.  Fejn  qegħdin bħalissa fil-fidi tagħna u fiex qed jissarraf l-Evanġelju li rċevejna tant żmien ilu u li tul l-istorja sawwar l-identità u t-tradizzjonijiet tagħna? Aħna m’għandniex dubju li jekk niftħu qalbna għal din l-okkażjoni, jistax jkun għalina mument ta’ grazzja li jwettaqna u jsaħħaħna fil-fidi. Continue reading >>