Archive for the '2008' Category

BIEX NEGĦLBU S-SOLITUDNI
Omelija fl-okkazzjoni tal-festa ta San Ġorg Preca
Soċjeta tal-MUSEUM, Blata l-Bajda (8 ta’ Mejjul 2008)

Il-bieraħ il-Ħamis filgħaxija Mons Isqof Mario Grech, fl-okkazzjoni tal-festa ta San Gorg Preca, mexxa pellegrinagg ta’ madwar 300 ruħ mid-djocesi t’Għawdex lejn il-kappella tas-Soċjeta tal-Muzew fil-Blata l-Bajda u flimkien ma għadd sabieh ta’ saċerdoti qaddes quddiem il-fdalijiet ta San Gorg Preca. Fl-omelija tieghu, l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:

“Kif darba Dun Ġorg ħass lil “Madonna tal-parir it-tajjeb” tgħidlu biex jgħozz is-skiet (serva silentium), aħna ukoll jeħtieġ nitgħallmu ‘ngħożżu s-skiet’ biex f’soċjeta post-moderna bħal tagħna b’tant storbju u konfużjoni nkunu nistgħu nisimgħu lilna nfusna, lil dawk ta madwarna u fuq kollox il-vuċi t’Alla tkellimna.

Continue reading >>

Il-ħidma karitattiva tal-Knisja

Nhar l-Erbgħa,  lejliet il-festa tal-Madonna ta Pompei, l-Isqof Mario Grech mexxa koncelebrazzjoni fis-Santwarju mmexxi mis-Sorijiet Dumnikani fir-Rabat Għawdex. Fl-omelija tieghu, Mons Isqof qal:

“Il-festa tal-Madonna ta’ Pompei li qed niċċelebraw illum, hija stedina biex nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq il-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju bix-xewqa li dak li seħħ lil Beatu Bartolo Longo fl-1875 iseħħ llum ukoll. Infatti il-kontemplazzjoni tat-talba tar-Ruzarju waslet lil Bartolo Longo biex bena l-knisja santwarju ta Pompej u waqqaf diversi djar li jilqgħu tfal orfni u delinkwenti.

Continue reading >>

Fr Alfred Grima commomerates 40 years of priesthood during Bishop’s Mario Grech pastoral visit in Canada

 

Photos of Gala Dinner
Photos of Mass celebration

During Bishop’s Mario Grech pastoral visit in Canada, Fr Alfred Grima celebrated 40 years of priesthood.  On 3rd May Bishop Mario Grech attended a Gala Dinner at the Mississauga Convention Centre (Toronto) to commemorate this important event. On Sunday 4th May Bishop Mario Grech  together with Archbishop Collins and other priests celebrated mass at St. John Fisher Parish Church, Brampton Ont., Canada

Pellegrinagg djoċesan għal Malta - San Ġorġ Preca

sangorgpreca.jpgFl-okkażjoni ta’ l-ewwel festa ta’ San Ġorġ Preca se jiġi organizzat Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-fdalijiet tal-Qaddis. Il-Pellegrinaġġ, li se jkun immexxi minn Mons Isqof Mario Grech, se jkun lejlet il-festa tal-Qaddis, jiġifieri l-Ħamis 8 ta’ Mejju 2008.
 
Nitilqu mill-Imġarr mal-Vapur ta’ l-4.30p.m. Niġu lura fl-10.00p.m.
 
Biljetti jinkisbu miill-Fergħat tal-MUSEUM (nisa u rġiel). Il-Parroċċi jorganizzaw it-trasport f’Għawdex

JUM DINJI TA’ TALB MINN NISA KATTOLIĊI

L-Azzjoni Kattolika għandha l-pjaċir tistieden lilek Mara : miżżewġa,  xebba,  reliġjuża, għal-laqgħa mportanti ħafna fl-okkażjoni tal-

JUM DINJI TA’ TALB MINN NISA KATTOLIĊI

Suġġett: “NIBNU KULTURA TA’ PACI”

Continue reading >>

Message of the Holy Father Benedict XVI
42nd World Communications Day

MESSAGE OF THE HOLY FATHER
BENEDICT XVI
42nd WORLD COMMUNICATIONS DAY

Sunday, 4 May 2008

The Media: At the Crossroads between Self-Promotion and Service.
Searching for the Truth in order to Share it with Others.

Dear Brothers and Sisters!
1. The theme of this year’s World Communications Day – “The Media: At the Crossroads between Self-Promotion and Service. Searching for the Truth in order to Share it with Others” – sheds light on the important role of the media in the life of individuals and society. Truly, there is no area of human experience, especially given the vast phenomenon of globalization, in which the media have not become an integral part of interpersonal relations and of social, economic, political and religious development. As I said in my Message for this year’s World Day of Peace (1 January 2008): “The social communications media, in particular, because of their educational potential, have a special responsibility for promoting respect for the family, making clear its expectations and rights, and presenting all its beauty” (No. 5).

Continue reading >>

Funeral ta’ Sir Anthony Mamo
Stqarrija tal-Kurja ta’ Għawdex

pressreleaselogo.jpgL-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, li bħalissa jinsab fuq żjara pastorali fil-Kanada, jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu lill-familja u lill-qraba kollha ta’ Sir Anthony Mamo fil-jum tal-funeral tiegħu. Mons Isqof Grech iħossu spiritwalment magħqud mal-Knisja f’Malta u Għawdex li llum qegħda ssellem lil Sir Anthony Mamo fil-jum tal-funeral tiegħu, li serva lil pajjiżna b’integrità u ġenerożità kbira. Mons Isqof joffri t-talb tiegħu għall-mistrieħ ta’ ruħ Sir Anthony Mamo.

L-Isqof Grech jiltaqa’ ma’ l-Arċisqof ta’ Toronto Mons Thomas Collins

Click here for more photos 

It-Tlieta 29 t’April Mons Isqof Mario Grech għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof ta’ Toronto Mons Thomas Collins. Iż-żjara saret fil-Kumpless Pastorali ta’ l-Arċidjoċesi f’Toronto. F’din il-laqgħa iż-żewg Isqfijiet tkellmu dwar l-isfidi li għandu l-bniedem illum fil-Kanada u fl-Ewropa u x’tip ta’ proposta għandha tagħmel il-Knisja f’dawn iċ-ċirkustanzi. Tkellmu wkoll dwar il-kollaborazzjoni bejn iż-żewg djoċesijiet. F’din id-djoċesi ta’ Toronto hawn il-preżenza ta’ erba’ saċerdoti Għawdxin: Dun Alfred Grima mix-Xewkija, Dun Joseph Sultana mix-Xagħra, Dun Joe Grima mix-Xewkija, u Dun Christopher Cauchi mill-Għarb. L-Arċisqof Collins wera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma pastorali li qed iwettqu dawn is-saċerdoti – tlieta minnhom kappillani.

Continue reading >>