BIEX NEGĦLBU S-SOLITUDNI
Omelija fl-okkazzjoni tal-festa ta San Ġorg Preca
Soċjeta tal-MUSEUM, Blata l-Bajda (8 ta’ Mejjul 2008)

Il-bieraħ il-Ħamis filgħaxija Mons Isqof Mario Grech, fl-okkazzjoni tal-festa ta San Gorg Preca, mexxa pellegrinagg ta’ madwar 300 ruħ mid-djocesi t’Għawdex lejn il-kappella tas-Soċjeta tal-Muzew fil-Blata l-Bajda u flimkien ma għadd sabieh ta’ saċerdoti qaddes quddiem il-fdalijiet ta San Gorg Preca. Fl-omelija tieghu, l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:

“Kif darba Dun Ġorg ħass lil “Madonna tal-parir it-tajjeb” tgħidlu biex jgħozz is-skiet (serva silentium), aħna ukoll jeħtieġ nitgħallmu ‘ngħożżu s-skiet’ biex f’soċjeta post-moderna bħal tagħna b’tant storbju u konfużjoni nkunu nistgħu nisimgħu lilna nfusna, lil dawk ta madwarna u fuq kollox il-vuċi t’Alla tkellimna.

Sfortunatament fis-soċjeta tagħna hemm min minkejja li jkun jgħix fil-folla, xorta qed jgħix f’solitudni u s-skiet huwa impost fuqu. Din hija sitwazzjoni li qed tirrendi l-ħajja ta’ ħafna tqila u toħloq vittmi ġodda li huma mċaħda mill-imħabba vera u li fl-istessa ħin huma beżgħana li jħobbu u li jidħlu f’relazzjoni bis-sens ma l-oħrajn.

Rimedju għal din is-solitudni huwa l-ftuh ta l-ispirtu għal Alla. Permezz tal-profeta Amos, Alla jghid li “għad jiġi żmien, meta nibgħat il-guħ fuq l-art – mhux il-ġuħ tal-ħobż, imma ghas-smiegħ tal-Kelma t’Alla” (Amos 8.11). Dan huwa dak iz-zmien. Il-Kelma t’Alla għandha qawwa li tfawwar il-qalb tal-bniedem bl-imħabba. Imma biex nisimgħu lil Alla jitkellem, hemm bzonn nagħzlu li “ngħozzu s-skiet” ħalli infittxu noqgħodu wehidna fil-preżenza t’Alla u hemm nħallu lil Alla jkellem lil qalb. Din l-esperjenza tiftah lil bniedem għall-oħrajn u hekk jasal biex jegħleb is-solitudni.

Dun {orġ għaraf jilqa l-parir tal-Madonna u kien jgħozz is-silenzju. Frott ta’ dan is-silenzju tiegħu kienu mhux biss l-imħabba lejn il-Verb jew il-Kelma t’Alla li fil-milja taz-zmien sar laham u għammar fostna, imma ukoll it-twaqqif tas-Socjeta tad-Duttrina tat-taghlim nisrani magħmula minn persuni ta fiduċja u li lilhom afdalhom il-missjoni li jlagħqu lil bniedem mal-Kelma t’Alla.

Meta flimkien mal-Knisja Universali dalwaqt nibdew is-sena ddedikata lil San Pawl Missierna u f’Ottubru li gej ser jigi ċċelebrat is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet dwar il-Kelma t’Alla, f’din il-festa ta Dun Ġorg, it-tieni missier tagħna l-Maltin li nissilna fil-fidi Kristjana, il-Knisja lokali ghandha titħeġġeġ u tħeġġeġ biex ilkoll “inkunu ħbieb ta l-Evanġelju”.