Il-ħidma karitattiva tal-Knisja

Nhar l-Erbgħa,  lejliet il-festa tal-Madonna ta Pompei, l-Isqof Mario Grech mexxa koncelebrazzjoni fis-Santwarju mmexxi mis-Sorijiet Dumnikani fir-Rabat Għawdex. Fl-omelija tieghu, Mons Isqof qal:

“Il-festa tal-Madonna ta’ Pompei li qed niċċelebraw illum, hija stedina biex nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq il-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju bix-xewqa li dak li seħħ lil Beatu Bartolo Longo fl-1875 iseħħ llum ukoll. Infatti il-kontemplazzjoni tat-talba tar-Ruzarju waslet lil Bartolo Longo biex bena l-knisja santwarju ta Pompej u waqqaf diversi djar li jilqgħu tfal orfni u delinkwenti.

Illum ukoll jehtieg niskopru l-qawwa tar-Ruzarju li hija talba li tikkontempla l-misteri tal-ħajja ta Kristu, feddej tal-bniedem. Dan għandu jwassalna biex fuq l-ezempju ta Bartolo Longo, ilkoll naghtu s-sehem taghna, zgħir kemm huwa zgħir, biex il-poplu tagħna jinbena tassew bħala Knisja ħajja li xxandar t-tjubija u l-gmiel tà Kristu. Il-Knisja dan tista’  tagħmlu billi tkattar il-ħidma karitattiva u tiftah dirgħajja għal-foqra tà zmienna. Partikularment llum il-gurnata, il-Knisja ma għandhiex tagħlaq il-bibien lit-tfal li jew huma mcaħda mill-imħabba u l-għozza tal-familja jew għandhom xi diffikulta u jehtiegu l-għajnuna u l-kura”.