Archive for the 'Vicar General' Category

Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga - Talb għaż-Żgħażagħ bi tħejjija għas-Sinodu ta’ Ottubru

st-luis-g.jpgSENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA

Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-twelid tiegħu.

Sa minn ċkunitu, missieru kien iħarrġu fl-armi iżda huwa ntebaħ li din ma kienitx it-triq li għandu jagħżel, u għalhekk, minkejja d-diffikultajiet li sab anke minn missieru, huwa ċaħad għall-wirt tiegħu u daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù biex, fi spirtu ta’ safa u ta’ umiltà, ikun ta’ servizz għall-proxxmu fl-imħabba ta’ Alla.

Huwa kien idur bil-morda u kien iġorr fuq spallejh il-morda bil-pesta, li mbagħad ittieħed minnha sakemm miet fl-età ta’ 23 sena. Huwa kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII. Continue reading >>

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

ĊirkVĠen 9/2009

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ knejjes u Superjuri Reliġjużi

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

Minħabba li bdew jidhru f’pajjiżna xi każijiet ta’ Influwenza tal-virus H1N1, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn, u mhux fil-ħalq. Fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux jsir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.

Dawn id-direttivi qed jingħataw wara konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, biex kemm jista’ jkun jiġi evitat il-periklu.

Maħruġa mill-Kurja tal-Isqof, Rabat, Għawdex, illum il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2009.

Mons. Salv Debrincat
Kanċellier

Mons. Giovanni B. Gauci
Vigarju Ġeneral

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008
Ċirkulari mill-Vigarju Ġenerali

ĊirkVĠen 3/2008

Lir-Rev.di Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008

Peress li din is-sena l-10 ta’ Frar jaħbat l-Ewwel Ħadd tar-Randan, ma tistax issir il-liturġija tas-Solennità ta’ San Pawl Nawfragu.

Għalhekk, għal din is-sena biss il-Konferenza Episkopali Maltija ttrasferiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-Solennità għas-Sibt 9 ta’ Frar. Il-Kummissjoni Liturġika Nazzjonali tal-Konferenza Episkopali diġà ħadet ħsieb tati d-direttivi liturġiċi għal din l-okkażjoni. Dawn jieħdu post dawk li jidhru fl-“Ordni għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat” għad-dati 9 u 11 ta’ Frar 2008. Għalhekk, għat-Tnejn 11 ta’ Frar il-liturġija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat tkun dik tat-Tnejn ta’ l-Ewwel Ġimgħa tar-Randan.

Continue reading >>