Archive for April, 2019

Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja ta’ Għammar

via-sagra-djocesana-2019.jpg

Il-Papa Franġisku jaħtar lil Patri Giovanni Cefai MSSP Isqof tal-Prelatura ta’ Santiago Apostol de Huancané, fil-Perù

fr-giovanni-cefai-mssp.jpg66/2019

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex


NIFIRĦU FIL-MULEJ

Għal darba oħra l-Mulej reġa’ xeħet il-ħarsa tiegħu kollha mħabba fuq il-Knisja tagħna u għażel wieħed minn uliedha, Patri Giovanni Cefai MSSP, u fdalu l-ministeru episkopali. Dalgħodu l-Papa Franġisku ħabbar li kien qed jaħtru l-ewwel Isqof Prelat ta’ Santiago Apostol de Huancané, fil-Perù.

Inħossni grat ħafna lejn dawk kollha li mal-medda tas-snin għenu lil dan il-patri missjunarju jissawwar biex il-Mulej sabu jixraqlu ħalli jgħoddu fil-Kulleġġ tal-Appostli. Insellem il-memorja tal-għeżież ġenituri tiegħu li fil-familja tawh l-ewwel trobbija Nisranija. Il-komunità parrokkjali taż-Żebbuġ, Għawdex, offriet dak il-qafas reliġjuż, spiritwali u kulturali fejn dan it-tfajjel trawwam u għamel l-ewwel esperjenza ta’ Knisja. Jekk il-familja u l-komunità ekkleżjali kienu “l-ewwel seminarju” għal Giovann, id-Dar Stella Maris, li l-Patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għandhom f’din il-parroċċa, kienet “it-tieni seminarju” fejn dan iż-żagħżugħ, maħtuf mill-kariżma tal-Qaddej ta’ Alla Mons. Ġużeppi De Piro, beda n-namur tal-ħajja saċerdotali u missjunarja. Fil-fatt, ħames snin wara li rċieva l-Ordinazzjoni saċerdotali minn idejn il-predeċessur tiegħi l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, huwa mar il-Perù fejn għadu hemm sa issa. F’Novembru li għadda, meta kont fuq Żjara Pastorali fil-Perù, kelli l-grazzja li għaddejt ftit jiem miegħu u ma’ sħabu l-patrijiet f’Arequipa fejn Mons. Cefai kien Superjur Provinċjali; hemmhekk stajt nosserva kemm dawn il-patrijiet iħobbu lin-nies foqra u huma maħbuba u apprezzati. Continue reading >>

Pellegrinaġġ minn Grupp ta’ Priġunieri mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għas-Santwarju Ta’ Pinu

img_8965.jpg

Stqarrija għall-Istampa mid-Djoċesi ta’ Għawdex dwar Pellegrinaġġ ta’ grupp ta’ priġunieri mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lejn is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, nhar is-Sibt li ġej, 6 ta’ April.

Aqra l-Istqarrija minn hawn: st-02-2019-pellegrinagg-facilita-korrettiva-ta-kordin.pdf

Ritratt: Joseph Xuereb