Aqra l-Bullettin minn hawn:
Archive for September, 2018
Read the interview with the Gozitan missionary priest Fr. Raymond Portelli: http://www.independent.com.mt/articles/2018-09-11/local-news/Ray-of-hope-meet-the-Gozitan-priest-and-doctor-helping-thousands-in-the-Peruvian-Amazon-6736196180
UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/09/2018]
15 ta’ Settembru 2018
Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2018, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, fid-9.00am, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, mexxa Konċelebrazzjoni fis-Santwarju tat-Tħabbira tal-Mulej, f’Nazaret, fit-tieni jum ta’ Pellegrinaġġ Djoċesan ta’ għaxart ijiem fl-Art Imqaddsa flimkien mal-Patrijiet Franġiskani Minuri, li fih qed jieħdu sehem fuq mija u ħamsin pellegrin mill-gżejjer Maltin. Mal-Isqof Grech ikkonċelebraw għadd ta’ saċerdoti, fosthom Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex. Kienet preżenti wkoll l-E.T. Cecilia Attard Pirotta, l-Ambaxxatriċi Maltija għal Iżrael. Continue reading >>
SENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA
Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-twelid tiegħu.
Sa minn ċkunitu, missieru kien iħarrġu fl-armi iżda huwa ntebaħ li din ma kienitx it-triq li għandu jagħżel, u għalhekk, minkejja d-diffikultajiet li sab anke minn missieru, huwa ċaħad għall-wirt tiegħu u daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù biex, fi spirtu ta’ safa u ta’ umiltà, ikun ta’ servizz għall-proxxmu fl-imħabba ta’ Alla.
Huwa kien idur bil-morda u kien iġorr fuq spallejh il-morda bil-pesta, li mbagħad ittieħed minnha sakemm miet fl-età ta’ 23 sena. Huwa kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII. Continue reading >>