Ordinazzjonijiet 2017

Id-Djoċesi ta’ Għawdex bil-ferħ tagħti l-aħbar li nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, se ssir l-Ordinazzjoni Presbiterali tar-Rev.di Djakni Michael Grima u Carl Scerri, filwaqt li fil-15 ta’ Ġunju se ssir l-Ordinazzjoni Djakonali tas-Seminarista Joseph Hili.

Bi tħejjija għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, is-Seminarju ta’ Għawdex jistieden lill-familjari, lill-ħbieb u lill-Komunità Nisranija f’Għawdex biex tissieħeb f’Velja ta’ Talb li se ssir fis-Seminarju nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju, fit-8.00pm.

poster-ordinazzjoni-2017.jpg