Jinfetaħ il-Bieb tal-Ġublew tal-Ħniena fil-Katidral

15d_6322.jpg

Ilbieraħ il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, f’ċelebrazzjoni li bdiet fil-5.30pm, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech fetaħ il-Ġublew tal-Ħniena fid-Djoċesi ta’ Għawdex.  Ir-Rit tal-Ftuħ tal-Bieb Qaddis tal-Ħniena beda fit-Telgħa tal-Belt, fejn wara t-tħabbira tal-Vanġelu u l-qari mill-Bolla Misericordiae vultus, l-Isqof mexxa Purċissjoni lejn il-Pjazza tal-Katidral tal-Assunta u hemm infetaħ il-Bieb Imqaddes.

Fil-Quddiesa li segwiet, l-Isqof għamel omelija dwar il-ħniena ta’ Alla li sintesi tagħha tinsab mehmuża hawn.

Lejn l-aħħar tal-Quddiesa l-Isqof Grech irringrazzja wkoll lir-rappreżentanza tal-Komunità Anglikana f’Għawdex li ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjoni u esprima x-xewqa tiegħu u tal-Knisja li f’dan is-Sena Mqaddsa “jinfetaħ ukoll il-bieb tal-ekumeniżmu”.  F’Jum ir-Repubblika, hu awgura wkoll li Malta jkollha “soċjetà ħanina” kif dejjem kienu jitolbu missirijietna.

Għall-okkażjoni ġiet esposta wkoll għall-ewwel darba l-Ikona tal-Wiċċ tal-Ħniena, miktuba apposta għal din is-Sena Mqaddsa mis-saċerdot Għawdxi Dun Roberto Gauci.

Ir-ritratti huma ta’ John Cordina.

Ara l-vidjo minn hawn: https://vimeo.com/148853946

15d_6279.jpg

15d_6303.jpg

15d_6310.jpg

15d_6324.jpg

15d_6327.jpg

15d_6335.jpg

15d_6342.jpg

15d_6357.jpg

15d_6377.jpg

15d_6388.jpg

15d_6394.jpg

15d_6396.jpg

15d_6458.jpg