Ilbieraħ filgħaxija, il-Ġimgħa 4 ta Settembru, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, Għawdex, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mexxa l-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. George Bugeja ofm, Isqof Koadjutur ġdid tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli, fil-Libja.
Fi tmiem il-Quddiesa, l-Isqof Grech ħabbar li l-ġabra li saret fid-Djoċesi ta’ Għawdex fl-aħħar jiem biex l-Isqof George juża għall-karità fil-Knisja fi Tripli ġa laħqet is-somma sabiħa ta’ €14,000.
Ara r-ritratti tal-mumenti l-aktar sinifikattivi tal-ordinazzjoni:
Ritratti: Vince Fenech