Archive for July, 2015

L-Isqof jagħti l-Mandat Missjunarju lil grupp ta’ Għawdxin u Maltin li sejrin l-Etjopja

img_5051.jpg

Nhar il-Ħadd li għadda, 19 ta’ Lulju 2015, fi tmiem il-Pontifikal tal-Festa ta’ San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Għawdex, fil-Bażilika tiegħu fil-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ta l-Mandat Missjunarju lil grupp ta’ tnax – sitt żgħażagħ minn Għawdex u sitt voluntiera oħra Maltin – li fl-ewwel ħmistax ta’ Settembru sa jżuru l-Etjopja jwettqu ħidma missjunarja fost il-foqra flimkien mal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu ta’ Mons. George Grima.  Fil-grupp hemm, fost l-oħrajn, koppja żagħżugħa li żżewġet sena ilu kif ukoll ħaddiema li se jitilgħu apposta biex jgħinu fix-xogħol tal-bini.

img_5056.jpg Continue reading >>

Nhar it-Tnejn 19 ta’ Lulju, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mexxa l-Quddiesa tal-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Michael Curmi bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat.

_mg_7593.jpg

Omelija fil-Quddiesa tal-Pussess ta’ Dun Michael Curmi
bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat
Knisja Arċipretali ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat
It-Tnejn 20 ta’ Lulju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

FID-DGĦAJSA TA’ PIETRU HEMM POST GĦAL KULĦADD

Illum il-ferħ jidher fuq wiċċ din il-komunità parrokkjali.  Dan il-ferħ tagħna mhux biss għax qegħdin nilqgħu lill-Arċipriet il-ġdid fil-bidu tal-mandat tiegħu, imma wkoll għax nemmnu li bil-preżenza ta’ dan is-saċerdot ġdid fil-komunità parrokkjali Ta’ Sannat, ser jirnexxielna nkomplu niskopru lil Ġesù, it-teżor moħbi li nsibu fil-parabbola (ara Mt 13:44-52).  Ġesù huwa l-motiv tal-veru ferħ tal-bniedem.  Il-ferħ l-ieħor huwa tajjeb, imma malajr jevapora; mentri meta nsibu lil Ġesù u nitwaħħdu miegħu, il-ferħ tagħna ma jeħodhulna ħadd. Continue reading >>

Monaku Kaldew mill-Iraq fi żjara f’Għawdex jagħti xhieda ta’ “Knisja tal-martri”

fr-rebwar-basa-oaoc.jpgBejn it-13 u l-20 ta’ Lulju 2015 kien hawn Għawdex Patri Rebwar Basa, Monaku Kaldew mill-Iraq, mistieden mill-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria biex jaqsam mal-Insara lokali l-esperjenza tal-komunità Nisranija f’Mosul imġarrba mill-persekuzzjonijiet vjolenti tal-Istat Islamiku.  Xi xhur ilu, il-monasteru u l-knisja ta’ San Ġorġ f’Nineveh, Mosul ġiet meqruda mit-terroristi.

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju, Patri Rebwar ta konferenza fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fejn spjega s-sitwazzjoni tal-Knisja fl-Iraq, li hu sejħilha “Knisja tal-martri”.  Hu rrakkonta kif ħafna minn sħabu, is-saċerdot li għammdu u l-Isqof li għallmu l-katekiżmu, inqatlu kważi taħt għajnejh, u kif f’ħajtu sa issa lil pajjiżu jafu biss fi stat ta’ gwerra.

Patri Rebwar qasam ukoll riflessjoni sabiħa mal-miġemgħa li attendiet għall-Pontifikal tal-Festa ta’ San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex, nhar il-Ħadd li għadda, fil-Bażilika tiegħu fil-Belt Victoria.  Quddiem ġemgħa kbira ta’ nies, fosthom il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo u membri oħra parlamentari, fl-aħħar tal-Quddiesa hu ġie mistieden mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech jagħti x-xhieda tiegħu tal-Knisja ppersegwitata fl-“art ta’ Abraham u l-profeti”.

F’sejħa mqanqla lill-Knisja lokali biex titlob għall-Insara tal-Iraq “ħalli jagħtu xhieda ta’ Ġesù bil-kliem, bl-għemil u bid-demm tagħhom stess”, Patri Rebwar qal li l-festa ta’ San Ġorġ, qaddis tant għażiż għalihom, mhix biss xi tradizzjoni antika, imma hi wkoll “il-festa tal-martri kollha ta’ żmienna”.

SAINT GEORGE UNITES
THE PERSECUTED CHURCH IN IRAQ
WITH THE DIOCESE OF GOZO Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Awwissu 2015

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-awwissu-2015.pdf

Bullettin tal-Ħadd 19 ta’ Lulju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-lulju-19.jpg

Bullettin tal-Ħadd 12 ta’ Lulju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-lulju-12.jpg

Patri George Bugeja OFM maħtur Isqof Koadjutur ta’ Tripli

patri-george-bugeja-2.jpg

Illum f’nofsinhar, fis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, fil-preżenza tal-Isqof Mario Grech, ħabbar in-nomina mill-Papa Franġisku ta’ Patri George Bugeja OFM, Għawdxi, bħala Isqof Koadjutur ta’ Tripli.

01-statement-from-the-apostolic-nunciature.pdf

UFFIĊĊJU STAMPA KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa
10 ta’ Lulju 2015

NOMINA TA’ ISQOF ĠDID GĦAL TRIPLI

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, f’12.00pm, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja, fil-preżenza tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija, ta’ Patri Richard Grech, Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, u tal-kleru Għawdxi, ikkomunika l-aħbar li l-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lir-Reverendu Patri George Bugeja OFM, Superjur tal-Kunvent ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem (Djoċesi ta’ Għawdex), bħala Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli.

In-nomina qed tidher ukoll fil-Bullettin tal-Aħbarijiet tas-Santa Sede mxandar fl-istess jum.

L-Ordinazzjoni Episkopali mistennija tinżamm Għawdex fl-4 ta’ Settembru 2015, imma aktar dettalji jingħataw ’il quddiem. Continue reading >>

Illum il-funeral ta’ missier l-Arċisqof Scicluna

87846-740xnone.jpgId-Djoċesi ta’ Għawdex tingħaqad mal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-funeral ta’ missier l-Arċisqof Scicluna

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tingħaqad madwar l-Arċisqof Charles J. Scicluna, ħutu u l-familji tagħhom u tagħtihom il-kondoljanzi fil-jum tal-funeral ta’ missierhom Emanuel, li miet fi sptar f’Ruma nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju.

Mulej, agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.
Ħajr għar-ritratt: http://thechurchinmalta.org