Archive for February, 2015

Iċċelebrat Jum il-Ħajja Kkonsagrata

Omelija fil-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej | Jum il-Ħajja Kkonsagrata
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, Għawdex
It-Tnejn 2 ta’ Frar 2015
Sena ddedikata lill-Ħajja Kkonsagrata

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

GĦAJNEJN LI RAW IS-SALVAZZJONI

jum-il-hajja-kkonsagrata-2frar2015.jpg

Il-bniedem dejjem jistenna għax mhux lakemm iħossu sodisfatt.  X’qegħdin nistennew fil-ħajja biex inħossuna mimlija u kuntenti?  Ma nistagħġibx li ħafna huma dawk li ma għandhomx serħan, għax għandna kemm għandna, dejjem jonqosna xi ħaġa!

Meta Marija u Ġużeppi marru fit-Tempju biex jippreżentaw lil Ġesù tarbija, hemmhekk iltaqgħu ma’ Xmun.  Dan ukoll kien bħalna, tip li jistenna: ħajtu kienet stennija!  Imbagħad jum wieħed l-Ispirtu ta’ Alla nebbħu biex imur fit-Tempju, u hekk kif ħa f’idejh lit-tarbija Ġesù, Xmun qal: “Issa tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, għax għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek”.  Fi kliem ieħor, Xmun straħ għax saflaħħar għajnejh kienu raw lil Dak li xtaqu jaraw!  Verament nixtieq li f’ħajjitna ngħixu dak il-waqt fejn nistgħu nesklamaw bħal Xmun: saflaħħar sibna Dak li jaqtgħalna l-istennija u jagħmilna kuntenti. Continue reading >>