Titħabbar il-mewt ta’ żewġ saċerdoti

Imutu żewġ saċerdoti Għawdxin

Mons. Girgor Vella
Ilbieraħ filgħaxija, il-Ħadd 5 ta’ Awwissu 2012, tħabbret il-mewt ta’ Mons. Girgor Vella PEP mill-parroċċa ta’ Kerċem, kanonku u kantur tal-Kapitlu tal-Knisja Katidrali. Mons. Girgor kellu 93 sena. Hu kien l-aktar saċerdot anzjan fid-Djoċesi. Mons. Girgor kien ordnat saċerdot fit-22 ta’ Mejju 1948.

Ningħaqdu mal-familjari tiegħu u mal-parroċċa ta’ Kerċem fit-talb għal ruħu. Il-funeral tiegħu se jsir għada t-Tlieta, 7 ta’ Awwissu fil-knisja parrokkjali ta’ Kerċem. Il-quddiesa tkun fil-5.00pm.

Patri Vitor Bonello OFMConv
Illum, it-Tnejn 6 ta’ Awwissu 2012, tħabbret il-mewt ta’ Patri Vitor Bonello OFMConv mix-Xagħra. Patri Vitor kellu 91 sena. Hu miet l-Awstralja, fejn kien ilu jaħdem mill-1956.

Ningħaqdu mal-Komunità tal-Franġiskani Konventwali u mal-familjari tiegħu, fosthom in-neputi Dun Manwel Bonello, li wkoll jinsab l-Awstralja, fit-talb għal ruħu.

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.