29 ta Ottubru, 2011
SBS Radio
Dalgħodu l-Isqof Grech kien mistieden minn Marlene Galea, gurnalista responsabli mill-programmi maltin fuq SBS Radio, biex jieħu sehem f’programm talk back minn nofs nhar sas-siegħa.. Meta z-zjara pastorali tiegħu fl-Awstralja riesqa lejn it-tmiem tagħha, s-semmiegħa ta SBS Radio, stazzjon li jxandar ma l-Awstralja kollha, setgħu jitkellmu on air mal-Isqof Grech.
Fl-istudios ta SBS Radio l-Isqof Grech iltaqa ukoll ma gurnalista oħra tad an l-istazzjon, Vivienne Buttigieg.
Aħna lkoll Aħwa
Filgħaxija l-Isqof Grech kien mistieden fil-parroċċa ddedikata lil San Ġuzepp Ħaddiem fejn hemm kappillan Fr Emanuel Bonello biex fi tmiem iz-zjara tiegħu f’Melbourne, Victoria, jiċċelebra quddiesa ta radd il-ħajr għall-komunita Maltija. Waqt il-konċelebrazzjoni flimkien ma l-Isqof Grech qadsu Fr Emmanuel Bonello, Fr. Eddie Zammit, Fr. John Sultana, Fr. Remig Galea ofm, Kappillan Raymond Bugeja u Kappillan Frank Buhagiar, Fr. Emmanuel Adami mssp. Kienu prezenti ukoll Fr. Domenic De Giorgio u Fr. Dennis Carabott mssp. Fl-omelija l-Isqof Mario wassal dan il-messaġġ:
“Fil-Vanġelu li għadu kif tħabbrilna, Kristu jgħidilna li “aħna lkoll aħwa”. Wara l-esperjenza sabieħa li keli fostkom l-emigranti matul din iz-zjara pastorali, nista ngħidilkom li t-talba tiegħi hija waħda: li nara jissaħħaħ fostkom l-ispirtu ta fraternita!
Nista ngħid li personalment wessgħajt iċ-ċirku ta “ħuti” għax ġejt fostkom u lqajtuni bħala ħukom! Għamilt konoxxenza aktar mill-qrib ta xi uħud minn ħuti maltin fis-saċerdozju, segwejt il-ħidmiet varji tagħhom u apprezzajt aktar il-prezz li huma qed iħallsu biex iwettqu l-missjoni tagħhom fostkom! Kelli l-opportunita nkun aktar qrib tar-Reliġjuzi Maltin. Imma fuq kollox, l-għaxqa tiegħi kienet meta ħaddana lil xulxin bħala aħwa mingħajr ma tajna kaz ta ebda konfini li b’xi mod jistgħu jzommuna ‘l bogħod minn xulxin – konfini geografici, kulturali, religjuzi, politici jew ideoloġiċi! Kienu ġimgħat sbieħ ħafna fejn għentuni nduq il-benna ta dak li jgħid is-Salm: “kemm hu sabieħ li l-aħwa jgħixu flimkien”.
Għandi xewqa qawwija li dak li ġarrabt jien, iġġarbuħ b’mod permanenti intom ukoll! Anzi, nistenna minn din iz-zjara pastorali fostkom l-emigranti intom tistgħanew fir-rabtiet fraterni ta bejnietna.
Għalhekk, qabel xejn nawgura li l-“aħwa” jerġgħu jsiru “aħwa”. Konxju li hemm aħwa li jinsabu ‘l bogħod minn xulxin – mhux biss dawk li hemm distanzi ġeografiċi li jifirduhom, imma ukoll dawk li telgħu ħajt bejniethom u ilhom zmien ma jitkellmu jew jiltaqgħu minħabba xi nkwiet fil-familja bħal fil-każ tal-wirt! Nagħmel sejħa minn qalbi biex dawn l-aħwa japprofittaw minn dan il-mument ta grazzja, jagħmlu paċi bejniethom u jerġgħu jiskopru s-seher tal-imħabba fraternal! Hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn l-aħwa jistgħu jsaħħu r-rabtiet ta bejnietkom billi jtejbu l-komunikazzjonijiet ta bejniethom.
Hemm imbagħad livel ieħor ta fraternita: dik li twaħħadna bħala lkoll aħwa Maltin! F’dawn il-jiem li għaddejt magħkom, f’ħafna waqtiet għentuni nħosni kburi li jiem Malti! Nawguralkom li din is-sħubija ta bejnietna għax ilkoll għandna “omm” waħda – Malta tagħna! – tibqa qawwija. Dan