MARIUS GRECH
EPISCOPUS GAUDISIENSIS
Messaġġ għal Jum Għawdex 2011
Lil Dr Joseph Ellis,
President Circolo Gozitano.
Il-fatt li qed nikteb dan il-messaġġ minn Melbourne, ma jnaqqasli xejn mill-ispirtu li qed iħeġġeġ lilkom li llum nġbartu biex tiċċelebraw Jum Għawdex! Għax jekk f’din l-okkazzjoni, kif huwa xieraq, iċ-Circolo Gozitano jgħati Ġieħ Għawdex lill-individwi Għawdxin li jkunu taw kontribut siewi lil gżiritna, f’dawn il-ftit ġimgħat li ilni l-Awstralja iltqajt ma għadd sabieħ ta emigranti Għawdxin u meta smajt l-istejjer tagħhom, skoprejt li fosthom hawn min tassew għamel isem mhux biss għalih innifsu imma ukoll għal Għawdex u għal pajjizna!

Uħud minn dawn l-emigranti Għawdxin b’ħafna għaqal, galbu u ħila, irnexxilhom jagħtu kontribut li jizboq l-ordinarjeta f’diversi oqsma: ir-reliġjon, il-kummerċ, ix-xjenza, is-soċjal, il-letteratura u l-kultura. Il-kisbiet ta dawn l-emigranti huma appreżżati ferm aktar meta wieħed jikkunsidra li l-parti l-kbira ta dawn kellhom bidu iebes tant li kellhom jaqtgħu bi snienhom! Fosthom hemm individwi u familji li minħabba s-sens ta inizjattiva u l-kuraġġ li wrew, nistgħu nipprezentawhom bħala mudell għal ġenerazzjoni ta llum. Mingħajr ma nkun nesaġera ngħid li fost l-Għawdxin fl-Awstralja għandna ħagar preżżjuz li jsebbaħ mhux biss il-kuruna Awstraljana imma ukoll, dejjem jekk ikun magħruf u rikonoxxut, dik Għawdxija.
Għawdex ma jistax jkun xħiħ ma dawn uliedu li għalkemm il-bżonn wassalhom biex jitilqu minn din il-Gżira tat-tlett Għoljiet, baqgħu u għadhom iħossuhom Għawdxin!
Filwaqt li minn qalbi nifraħ lil dawk l-Għawdxin li din is-sena ser jirċievu Ġieħ Għawdex u nirringrazjahom tas-sehem tagħhom fin-nisġa tal-istorja ta ġensna, nipproponi liċ-Ċircolo Gozitano biex ‘l quddiem jikkunsidra l-possibilita li jagħti dan ir-rikonoxixment lil xi emigrant Għawdxi li verament ikun jistħoqqlu dan il-Ġieh.
Illum, 28 ta Ottubru, 2011, Melbourne
+ Mario Grech
Isqof t’Għawdex