Komunikat no. 27
Zjara lid-Djar tal-Anzjani fis-Sunshine
Ħdejn il-knisja ta St. Bernardette, li hija mmexxija mill-membri tas-Socjeta Missjunarja ta San Pawl, hemm dar għall-anzjani bl-isem “St. Bernardette”. Din id-dar taħmel parti minn sensiela ta djar simili mmexxija mill-Association for Catholic Homes. Fr Dennis Carabott mssp huwa d-direttur spiritwali tad-dar.. F’din id-dar hemm tlett sessjonijiet: parti hija hostle, parti ohra fejn joffru high level care u parti oħra għal dawk li jbatu mid-dementia. Numru sabieħ minn madwar mitt resident f’din id-dar, huma emigranti maltin u Ghawdex.
L-Isqof Grech għamel zjara lil din id-dar fejn ra l-ħidma mwettqa u tkellem mar-residenti maltin. Fost dawn, hemm Patri Victor Bonello ofm conv., mix-Xagħra. Kif osserva wieħed mir-responsabli tad-dar, dan il-patri għamel ġid lill-Awstralja ħafna aktar milli jagħmlu ħafna mill-Awstraljani! Patri Victor, li x-xahar id-dieħel, jagħlaq 91 sena, kien kappillan f’diversi parrocci u bena diversi knejjes!
Flimkien ma Patri Victor u xi sacerdoti oħra, l-Isqof Grech qaddes għall-anzjani. Imnebbaħ mill-qari tal-Vangelu tal-ġurnata, l-Isqof Grech fisser kemm huwa ta konsolazzjoni meta tista lil Gesu jgħid li jixtieq jiġbor lin-nies madwaru bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles taħtha għal kenn! Assigurazzjoni bħal din tagħmel ġid lil kulħadd, imma l-aktar lill-anzjani meta ssibu ruħhom waħidħom! L-Isqof Grech radd ħajr lil P. Victor għal ħidma missjunarja tiegħu b’risq l-emigranti Maltin fl-Awstralja – fi kliem l-Isqof, P. Victor kien bħal dik “il-qroqqa” li ħafna drabi ġabar madwaru lill-emigranti! “Ilkoll niftakru lil Patri Victor jippriedka b’dik il-vuci qawwija li kellu! Anke llum, huwa għadu jxandar lil Kristu b’mod tassew qawwi mhux tant bil-fomm daqskemm bil-ħajja religjuza tieghu”.
“Dun Mikiel Attard” f’Melbourne
Bejn 1971-72, Dun Mikiel Attard serva bħala pastoral asistant fil-parrocca ta Corpus Christi fi Glenroy. Kien ġie l-Awstrala bħala kappillan tal-emigranti. B’rispett lejn dan is-saċerdot mzejjen b’ħafna doni spiritwali u pastorali, Isqof Grech għamel zjara lil din il-knisja. Matul din iz-zjara pastorali fl-Awstralja kienu diversi emigranti li tkellmu ma l-Isqof Grech dwar Dun Mikiel Attard u apprezzaw il-fatt li d-djocesi t’Għawdex bdiet il-proċess għal kanonizazzjoni ta dan is-sacerdot.
Meta l-Isqof Grech kien Adelaide sema mingħand Fr Charles Gauci li darba waħda Dun Mikiel Attard mar jara s-Seminarju ta din id-djocesi. Fr Charles jiftakar li Dun Mikiel ħalla fuqu impressjoni tajba ħafna.
Zjara lill-Catholic Theological College
L-Isqof Grech għamel zjara lil Catholic Theological College ta Melbourne. Din l-istituzzjoni toffri formazjoni teoloġika undergraduate, graduate u postgraduate kemm lil dawk li qed jitħejjew għas-sacerdozju kif ukoll lill-lajci. Huwa kien mdawwar mal-Kullegg minn Rev. Dr. Terence Curtin li barra li huwa kap tad-departiment tat-Teologija sistematika, huwa ukoll membru tas-Senat. L-Isqof kellu l-possibilita li jitkellem ma diversi lecturers u studenti tad an il-Kulleġġ.
Zjara lill-Arcisqof Dennis Hart
L-Isqof Grech għamel zjara ta kortesija lill-Arcisqof ta Melbourne, l-E.T. Dennis Hart li għadu kif wasal lura minn Ruma fejn kien għaz-zjara ad limina. L-Arcisqof Hart kellu kliem ta apprezzament għall-emigranti Maltin li ħafna minnhom huma nies ta fidi qawwija. Fi kliem l-Arcisqof l-emigranti Maltin f’Melbourne huma faxxa importanti fil-ħajja tal-Knisja. L-Arcisqof Hart radd ħajr lill-Isqof Grech li tlett snin ilu kien ta l-permess lil Fr Emanuel Bonello biex jinkardina mad-djocesi ta Melbourne. L-isqfijiet tkellmu dwar l-isfidi li qed tiffaccja l-familja u dwar x’ħidma qed jagħmlu z-zewg djocesijiet b’risq il-familja. L-Arcisqof Hart talab lill-Isqof Grech biex iħajjar aktar saċerdoti minn Malta biex jiġu jwettqu l-ministeru tagħhom hawn f’Melbourne.
L-Isqof Grech kien akkumpanjat minn Fr. Emanuel Bonello u Fr Eddie Zammit.
Jiltaqa ma zewg saċerdoti “irtirati”
Fr Joseph Briffa u Fr Joseph Micallef, it-tnejn minn B’Kara, wara li minħabba l-eta irtiraw mill-uffiċċji pastorali li kellhom, illum qed jpqgħodu f’George Maher House dar għas-saċerdoti fi Clifton Hill, Melbourne. Fr. Briffa kien ordnat sacerdot fl-1958 u l-ewwel għadda 20 sena fil-missjoni fl-Indja imbagħad 40 sena fl-Awstralja. Kemm hu u kemm Fr Micallef kienu kappillani f’parrocci diversi. Fr Micallef kien ukoll marriage counsellor. Qalli li bħala marriage coiunsellor kien imfittex anke minn mizzewgin mhux insara. Meta kien jistaqsihom għaliex ma jmorrux għand counsellor iehor jew is-sacerdoti tagħħom, dawn kien jgħidulu li huma jfittxu lilu għax “il-Knisja Kattolika temmen fiz-zwieġ”. Kemm Fr Briffa kif ukoll Fr Micallef apprezzaw ħafna z-zjara li għamlilhom Mons Isqof Grech. L-Isqof Mario ddeskrivihom bħala “ħagar prezzjuz” fil-kuruna tal-Knisja f’pajjizna!
Zjara lil Maltese Cultural Association
Filgħaxija l-Isqof Grech kellu laqgħa sabieħa fil-club tal-Maltese Cultural Association f’Albion, Melbourne. Huwa kien milqugħ mill-President Mr Joe Zammit u membri oħra tal-Kumitat. Għadd sabieħ ta għannejja flimkien ma xi kitarristi, għannew l-għana tradizzjonali malti spoirtu pront! Kienet serata mimlija ħafna emozzjonijiet. F’kelmtejn li għamel, l-Isqof Mario qal: “Għannej tajjeb għandu bzonn mhux biss vuci tajba u moħħ tajjeb, imma fuq kollox qalb tajba! Kif qabel jgħanni, l-għannej isaħħan il-vuci, hekk ukoll għandu bzonn li jkollu qalb taħraq bl-imħabba! Kif tal-kitarra jikkorda l-kordi, hekk ukoll hu importanti għall-bniedem li jkollu l-kordi ta qalbu kkurdati. Altrimenti jekk il-qalb tagħna ma tkun sħuna u kkurdata, ma nistgħux ngħannu l-għanja tal-ħajja …. l-għanja tagħna tkun stunata! Il-proposta tiegħi biex intom isaħħnu qlubkom u tikkordaw qlubkom, hija waħda: komlu fittxu lil Gesu Kristu li qalilna “ejjew għandi għax jien ta qalb ħelwa u umli”. Napprezza ħafna l-impenn tagħkom biex izzommu ħajja din it-tradizzjoni tal-għana malti; imma napprezza wisq aktar jekk lkoll taħdmu biex il-qlub tagħna jkunu f’posthom biex jibqgħu jgħannu l-għanja tal-imħabba”.
Fi tmiem din l-laqgħa l-Isqof Grech, fil-presenza ta Mr Charles Mifsud, Konslu Generali għall-Victoria, kixef u bierek lapida li tfakkar din iz-zjara.