Archive for June, 2010

GĦAL TQARBIN SEWWA

Il-bieraħ filgħaxija, il-Ħadd 6 ta’ Ġunju, festa tal-Corpus Domini, l-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fil-Katidral t’Għawdex u fiha għamel din l-omelija:

“Dan l-aħħar fostna qed jixtered tagħlim li jmur kontra d-duttrina Kattolika dwar l-Ewkaristija. Qed ngħixu fi żmien fejn, għalkemm nidhru li aħna reliġjużi, qed nitilfu s-sens tas-sagru u hekk naslu wkoll biex nabbużaw mill-Ewkaristija.

Tgħodd ħafna għalina llum it-twissija li San Pawl għamel lill-Insara ta’ Korintu: “Kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej… Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess” (1 Korintin 11, 27-29).

Continue reading >>

Jum Dinji kontra x-xog]ol tat-tfal (NU)


Purċissjoni Ewkaristika lejn il-Parroċċa tal-Fontana


Ċelebrazzjoni tal-għeluq tas-Sena Saċerdotali: Talba tal-Għasar fis-Seminarju


Jum ta’ Talb għall-Qdusija tas-Saċerdoti


Solennita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’


Laqgħa tal-Kappillani tal-Isptar Ġenerali


Is-Sette Giugno (Festa Nazzjonali)