GĦOTI TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009 ħames seminaristi mid-djoċesi tagħna ser jirċievu l-Ministeru tal-Lettorat waqt Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons. Isqof Mario Grech fil-parroċa tan-Nadur, fl-4.30 p.m.

Dawn is-seminaristi huma: Krystof Buttiġieġ mill-parroċċa tal-Qala, Samuel Grech mill-parroċċa ta’ Għajnsielem, John Mejlak mill-parroċċa tal-Kattidral u Trevor Sultana u Franklin Vella mill-parroċċa tax-Xewkija.

Il-ministeru tal-lettorat huwa l-ewwel ministeru li s-seminaristi jirċievu fit-triq tagħhom għall-ordinazzjoni saċerdotali. Fl-għoti ta’ dan il-ministeru, is-seminaristi  jiġu msieħba fil-missjoni tax-xandir tal-Kelma ta’ Alla bħala letturi istitwiti.

L-Insara tad-Djoċesi huma msejħa biex jitolbu għal dawn iż-żgħażagħ u huma wkoll mistiedna jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.