Birthday tal-Isqof Mario Grech
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar 2009

mario_grech.jpgNifirħu lill-Isqof tagħna Mons Mario Grech li nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar jagħlaq sninu; f’ubbidjenza filjali naqsmu miegħu l-ħidma pastorali għas-salvazzjoni tal-erwieħ; minn qalbna nitolbu għalih biex ikompli jaqdi s-sejħa li għamillu Alla permezz tal-Knisja tiegħu bħala isqof tagħna.

 

Talba għall-Isqfijiet

Etern Alla, li tista’ kollox,
għat-tmexxija tal-Knisja qaddisa tiegħek
u għall-għaqda tal-fidi,
int qegħidt fuqha l-Isqfijiet,
bħala suċċesuri tal- Appostli
u bħala għassiesa li jiddefendu l-erwieħ
Itfa’ fuqhom, nitolbuk,
il-milja tal-grazzja tiegħek,
li twettaqhom biex ikunu ragħajja tajba
u biex il-ħidma tagħhom għall-glorja tiegħek
u għas-salvazzjoni tagħna tħalli ħafna frott.
Agħmel li bil-kelma tagħhom
u fuq kollox bl-eżempju,
huma jkomplu bir-reqqa dmirijiethom kollha.
Jalla bil-ħila tagħhom,
il-fidi Nisranija tkun imħarsa minn kull żball,
u taħt it-tmexxija siewja tagħhom,
aħna ngħixu dejjem fit-tjieba, fil-paċi
u fl-imħabba Nisranija.
Ammen.