Published on August 14, 2011
in 2011.
18/2011
PASTORAL LETTER
OF H.E. MGR MARIO GRECH
BISHOP OF GOZO
ON THE OCCASION OF THE FEAST OF
THE ASSUMPTION OF OUR LADY
2011
A FOUNTAIN OF RUNNING WATER
My Dear Brethren,
Some time ago I met a man who intimated to me his great wish to meet someone who would talk to him about God. At the same time, with a sad facial expression he told me how difficult it has become nowadays to find someone who marvels at the beauty, the goodness and the holiness of God! Have we become so detached from God? Is it not a matter for concern that God’s absence from our minds and hearts deadened our need to refer to Him? Have we so much lost our thirst for God that we have become unable to refer to Him? Continue reading >>
Published on August 14, 2011
in 2011.
18/2011
ITTRA PASTORALI
TAL-E.T. MONS MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX
FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’
MARIJA MTELLGĦA S-SEMA
2011
GĦAJN TA’ ILMA ĠIERI
Għeżież uliedi,
Ftit ilu ltqajt ma’ raġel li fissirli x-xewqa kbira tiegħu li jiltaqa’ ma’ xi ħadd li jista’ jitkellem miegħu dwar Alla. Imma fl-istess waqt b’dieqa fuq wiċċu qalli kemm sar diffiċli li llum issib min jitkellem dwar il-ġmiel, it-tjubija u l-qdusija ta’ Alla! Huwa minnu li sirna daqshekk xotti dwar Alla? Mhuwiex ta’ tħassib il-fatt li f’moħħna u f’qalbna hemm dan il-vojt ta’ Alla illi ma nħossux il-ħtieġa li nirreferu għalih? Huwa nuqqas ta’ aptit li nitkellmu dwar Alla, jew għax sirna ma nafux niftħu fommna dwaru?
Faqar spiritwali
Inħoss li bl-osservazzjoni li għamilli, dan ir-raġel laqat il-musmar fuq rasu. Il-faqar spiritwali jinħass sewwa. L-injoranza dwar Alla saret grassa. Il-vojt ta’ Alla f’ħajjitna kkaġuna għadd ta’ ħofor oħra: fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem – bħalma huwa d-dritt għall-ħajja –, fil-familja, fid-dinja tax-xogħol, u fl-ekonomija. L-indifferenza għal Alla hija r-raġuni għaliex il-bniedem tal-lum, għalkemm jaf ħafna, ma ntebaħx li mhux jara ’l bogħod! Is-soċjetà, għalkemm qed toffri għadd ta’ soluzzjonijiet, qiegħda wkoll tfaqqas problemi aktar serji propju għax qed twarrab lil Alla. Nafu b’ħafna persuni mweġġgħa għax sabu ruħhom imwarrba u maqbuża. Warrabna lil Alla, warrabna lill-bniedem! Ħassarna x-xbieha ta’ Alla u b’konsegwenza t’hekk ħassarna l-bniedem! Il-fatt li qed ninsew min hu Alla qed isuqna f’direzzjoni li ninsew kemm jiswa l-bniedem u dak kollu li jmiss mal-bniedem. Illum mhux biss tlifna lil Alla, imma tlifna lill-bniedem. Illum mhux biss ma nsibux ma’ min tista’ titkellem bis-sens dwar Alla, imma sar ukoll diffiċli titkellem dwar dak li huwa veru, tajjeb u ġust!
In-nixfa spiritwali tinħass ukoll fil-Knisja tagħna. Xi drabi nħoss li hemm reżistenza biex il-Knisja tiġġedded. Min jixtieq li l-Knisja tibqa’ vetrina tat-tradizzjonijiet reliġjużi mhux veru li jħobb il-Knisja. Għandna wisq familjarità żejda mal-Knisja u fil-Knisja – kif niċċelebraw is-sagramenti, ir-rispett lejn it-tagħlim tal-Knisja… Il-kunfidenza żejda ġġib magħha l-abbużi, anki fi ħwejjeġ qaddisa!
Hemm diversi raġunijiet għaliex sirna sajmin minn Alla. L-esperjenza tixhdilna li l-“għeja” spiritwali fost l-Insara qed tinfirex. Oħrajn huma pastoralment mitfijin. Għal ħafna t-twemmin Nisrani kien tiċpisa ħafifa – għamlet ix-xita u ħaslitu! Oħrajn qed jissaħħru wara twemmin ieħor bir-riskju li joħorġu mill-Knisja Kattolika u jixxierku ma’ xi knisja oħra, reliġjon oħra jew setta. Hemm ukoll dawk li tilfu l-fidi u nnamraw mat-twemmin tad-dinja li ħafna drabi jbarri lil Alla – għax is-sekulariżmu u l-lajċiżmu huma “reliġjonijiet ċivili” ġodda. Continue reading >>
Published on May 22, 2011
in 2011.
Maltese Version - PDF
English Version - PDF
ITTRA
PASTORALI
MILL-E.T. MONS. PAWL CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta
u
MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH
Isqof ta’ Għawdex
u
MILL-E.T. MONS. ANNETTO DEPASQUALE
Isqof Titulari ta’ Aradi
Mejju 2011
ITTRA PASTORALI - GĦAŻLA FAVUR ŻWIEĠ DEJJIEMI
Għeżież, f’dan il-Ħames Ħadd tal-Għid, il-Mulej irregalalna Kelma tiegħu li trid iddawwalna fl-għażla tagħna għal Sidna Ġesù Kristu, fi ħdan il-Knisja Kattolika: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġw 14, 6).
Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ - li mmorru għand Alla l-Missier - irridu norbtuh ma’ Persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu. Għal min hu Kristjan, m’hemmx triq oħra li twasslu għand il-Missier. Kull wieħed u waħda minna rridu nagħżlu lil Ġesù bħala l-Verita’: dak li jgħid hu huwa l-veru valur tal-affarijiet li hemm madwarna. Irridu narawhom mill-għajnejn tiegħu. Irridu nagħżlu lil Ġesu’ bħala t-Triq biex naslu għal din il-Verita’. Toroq oħra ma jwasslux! Meta nagħmlu dawn l-għażliet, imbagħad, nindunaw u nduqu l-Ħajja vera għalina l-bnedmin.
Continue reading >>