Nitolbu bl-interċessjoni ta’ Dun Mikiel Attard

67/2019

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

 NITOLBU BL-INTERĊESSJONI TA’ UN MIKIEL ATTARD
dun-mikiel-attard.jpg

Kien bħal-lum 60 sena ilu li l-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard irċieva l-ordinazzjoni saċerdotali. Għandna tassew għax inkunu grati lejn Alla li, fost l-għadd sabiħ ta’ saċerdoti twajba li kellna u għandna fid-Djoċesi, huwa tana lil Dun Mikiel, li f’ħajtu kien bastun sod li ħafna serrħu fuqu matul il-mixja tagħhom wara Kristu. Fih sibna sieħeb li kien jaf lil Alla u lill-bniedem.

Peress li l-proċess djoċesan tal-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ Dun Mikiel kważi wasal fit-tmiem tiegħu, u billi Ommna l-Knisja titlob li qabel ma tiddikjara persuna beata jew qaddisa Alla jagħmel miraklu bħala konferma tal-qdusija ta’ dik il-persuna, nagħmlilkom sejħa biex b’fidi kbira tħabbtu fuq il-bieb ta’ Dun Mikiel u titolbu miraklu bl-interċessjoni tiegħu.Nhar il-Ħadd nibdew il-jiem għeżież tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Bħal Dun Mikiel, ejjew nersqu taħt is-Salib tal-Feddej biex, fuq l-eżempju tal-Verġni Marija Addolorata, li Dun Mikiel tant kien iħobb, inħallu l-ħarsa feddejja tas-Salvatur tibdilna fi bnedmin ġodda.

Mogħtija mill-Kurja tal-Isqof, illum, il-Ġimgħa 12 ta’ April 2019, Tifkira għażiża tad-Duluri.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

FB: https://www.facebook.com/dunmikielattard/