Imut Dun Ġwann Attard mix-Xewkija

dun-gwann-attard.jpgB’niket inħabbru l-mewt ta’ Dun Ġwann Attard, saċerdot mix-Xewkija, li seħħet dalgħodu, it-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018.

Dun Ġwann twieled fis-7 ta’ Marzu 1938. Hu ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ April 1962. Għal bosta snin qeda l-ministeru tiegħu fl-Amerika. Fost il-ħidma tiegħu f’Għawdex, Dun Ġwann serva bħala d-Delegat tal-Isqof għall-Katekeżi. Minbarra s-servizz tiegħu fil-parroċċa tax-Xewkija, Dun Ġwann kien joffri l-ministeru saċerdotali tiegħu anke barra minn pajjiżna.

UPDATE (28.03.2018): Aqra Profil ta’ Dun Ġwann, ippubblikat fir-Rivista ‘Action’ tas-Seminarju Maġġuri.  2012-ghid-action-dun-gwann-attard.tif

Waqt li bħala Knisja qegħdin infakkru l-jiem għeżież tal-Ġimgħa Mqaddsa, nitolbu biex Dun Ġwann issa jiċċelebra fil-milja tiegħu l-ferħ tal-Għid bla tmiem.

Il-funeral ta’ Dun Ġwann ser isir l-għada tal-Għid, nhar it-Tnejn 2 ta’ April 2018, fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija:

2.00pm - it-tebut bil-fdalijiet ta’ Dun Ġwann jitqiegħed fil-Mużew tal-Iskultura, fil-knisja tax-Xewkija għall-qima tal-pubbliku
3.00pm - jitlaq korteo għall-knisja, fejn imbagħad jingħad it-talb tas-Salmi
3.30pm - Mons. Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa tal-funeral. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.