Komunikat: Imut l-Arċisqof Mons. Emanuel Barbara OFM Cap.

 mons-barbara-2.jpg

mgr-emanuel-barbara-ofm-cap_02.jpg

L-Isqof Mons. Mario Grech, f’ismu u f’isem id-Djoċesi ta’ Għawdex, jesprimi s-sogħba għat-telfa tal-E.T. Mons. Emanuel Barbara OFMCAP, Isqof ta’ Malindi, il-Kenja. Permezz tiegħu, kien hemm rabta mill-qrib bejn id-Djoċesi ta’ Għawdex u dik ta’ Malindi – mhux biss għax meta kien ikun hawn Malta, l-Isqof Barbara kien jirċievi donazzjonijiet għall-Knisja tiegħu, imma wkoll għax ftit snin ilu, saċerdot mid-Djoċesi ta’ Għawdex, il-Kan. Mario Cassar mill-Parroċċa tan-Nadur, mar mal-Isqof Barbara u qed iwettaq ħidma pastorali fid-Djoċesi ta’ Malindi. L-Isqof Grech jagħti l-kondoljanzi lil oħt l-Isqof Barbara u lill-Fraternità tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini Maltin.

Aqra l-Komunikat tal-Arċidjoċesi ta’ Malta:  03-komunikat.pdf

Aqra l-Profil tal-Arċisqof Barbara: profil-mons-emanuel-barbara-ofmcap-malti.pdf