Archive for July, 2016

Titħabbar il-mewt ta’ Dun Manwel Camilleri

camilleri-emmanuel.jpegB’niket inħabbru l-mewt ta’ Dun Manwel Camilleri, saċerdot minn Ta’ Sannat, Għawdex, li seħħet kmieni dalgħodu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn Dun Manwel kien rikoverat għal dawn l-aħħar ftit xhur.

Dun Manwel kellu 74 sena. Hu ġie ordnat fit-30 ta’ April 1966, u din is-sena kien qiegħed jiċċelebra l-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Dun Manwel qatta’ l-parti l-kbira tal-ministeru saċerdotali tiegħu fl-Istati Uniti. Fost il-ħidma tiegħu barra, Dun Manwel għadda ħafna snin bħala chaplain fl-isptarijiet. F’dawn l-aħħar snin f’Għawdex, sakemm marad, Dun Manwel kien jgħin fil-ħidma pastorali fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb u fil-formazzjoni tas-seminaristi.

Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari ta’ Dun Manwel, nitolbu lil Alla biex jagħtih il-premju ta’ dejjem fil-ferħ tal-Ġenna.

Il-funeral ta’ Dun Manwel se jinżamm fil-parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Lulju: fil-4.45pm: talba tal-Għasar; fil-5.00pm: il-quddiesa.

Ninfurmaw li, b’ġest ta’ karità, Dun Manwel ried li, wara mewtu, il-fdalijiet tiegħu jingħataw lill-Università ta’ Malta bi skop ta’ studju u riċerka xjentifika.

RIP 

ITTRA MIFTUĦA LILL-MEMBRI PARLAMENTARI MALTIN TAL-ISQFIJIET MALTIN

Aqra l-ittra tal-Isqfijiet minn hawn: ittra-miftuha-lill-membri-parlamentari-mill-isqfijiet.pdf

OPEN LETTER TO THE MEMBERS OF THE MALTESE PARLIAMENT BY THE MALTESE BISHOPS

Download the letter from this link: bishops-open-letter-to-members-of-parliament.pdf