Ħatra ta’ Arċipriet ġdid għall-Parroċċa Ta’ Sannat

24 ta’ April 2014

Komunikat lill-Parroċċa ta’ Sannat

Ngħarraf lill-komunità parrokkjali Ta’ Sannat li llum, il-Ġimgħa 24 ta’ April 2015 ħtart lill-Arċipriet il-Kan. Tarcisio Camilleri bħala Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Peress li minħabba din il-kariga, vakat il-parroċċa Ta’ Sannat, qed ħatar lill-Vigarju Parrokkjali ir-Rev.du Dun Michael Curmi bħala Arċipriet ġdid tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat.

Filwaqt li nirringrazzja lill-Kan. Tarcisio Camilleri li għal dawn l-aħħar 26 sena u nofs qeda b’fedeltà, imħabba u dedikazzjoni l-parroċċa tagħkom, nixtieqkom tilqgħu fostkom bħala Arċipriet ġdid tagħkom lil Dun Michael Curmi.

Sakemm ir-Rev. Michael Curmi jieħu l-pussess kanoniku tal-parroċċa, jiena b’effett mil-lum naħtar lill-Kanonku Dun Tarcisio Camilleri Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa tagħkom.

Nitlob fuqkom ilkoll, bl-interċessjoni ta’ Santa Margerita Verġni u Martri, il-barka tas-Sema.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex