L-Iskejjel tal-Knisja jiċċelebraw Jum l-Isport

Tagħhom hi s-Saltna tas-Sema
L-Isqof Grech fil-Jum Sportiv tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex (23 ta’ Marzu 2015)

sports-day-church-schools-2015.jpg

Insellem lill-istudenti fl-iskejjel primarji tal-Knisja f’Għawdex u dawk tal-ewwel sena fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju li llum għamlu festa sportiva.  L-ispirtu kompetittiv tat-tfal kien evidenti; imma fit-tfal il-kompetizzjoni ma toħloqx firda imma tgħaqqad, ma tnissilx għira imma sens ta’ kollaborazzjoni.  Għalkemm jikkompetu, bejn it-tfal ma hemmx rebbieħa u telliefa – imma lkoll kuntenti li jkunu lagħbu u ferħu flimkien.  Napprezza l-ħidma tal-kapijiet u l-għalliema li organizzaw din l-attività.