Konferenza dwar il-Familja

KONFERENZA (annwali) organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex – Suġġett ta’ din is-sena: TINDAĦALLIX! Kif nifhem lil uliedi adolexxenti.


Ser tinżamm f’Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 24 ta’ Jannar bejn il-5.30pm u t-8.30pm.
Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.


Il-kelliem ewlieni għal din is-sena ser ikun Dun Joseph Farrugia SThL, PsyD.  Dun Joseph huwa psikologu, Direttur tal-Gozo Family Counselling Centre u lecturer fl- Università ta’ Malta.


Il-konferenza ser tinżamm bil-Malti.  Kulħadd huwa mistieden, b’mod partikolari l-ġenituri ta’ adolexxenti.  Dħul b’xejn.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

konferenza-familja-2015.jpg