Titħabbar il-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Gauci

mons-joe-gauci.jpgB’niket inħabbtu l-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Gauci, minn Ta’ Kerċem, li seħħet ilbieraħ, il-Ħamis 6 ta’ Novembru 2014, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Dun Ġużepp kellu 77 sena. Hu ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Marzu 1963. Barra l-ħidma tiegħu fil-parroċċa Ta’ Kerċem u s-servizz fil-Knisja Katidrali, l-ewwel bħala Kappillan tal-Kor u aktar tard bħala Monsinjur tal-Kapitlu Katidrali, Dun Ġużepp wettaq ukoll ħidma pastorali bħala viċi parroku fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, u bħala kappillan tal-isptar.

Il-funeral tiegħu se jsir għada s-Sibt 8 ta’ Novembru. Fl-4.00pm jitlaq korteo mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Knisja Parrokkjali Ta’ Kerċem. Wara li tingħad it-talba tal-Għasar, fl-4.30pm issir il-quddiesa praesente cadavere mmexxija mill-Mons. Isqof Mario Grech.

Ningħaqdu mal-familjari ta’ Mons. Ġużeppi Gauci u mal-komunità parrokkjali Ta’ Kerċem fit-talb lil Alla b’suffraġju ta’ dan is-saċerdot.

RIP