STQARRIJA MID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX U L-PROVINĊJA TAL-ĠIŻWITI F’MALTA DWAR DAR MANRESA

18 ta’ Settembru 2014

Bl-għan li tkompli tissaħħaħ il-missjoni ta’ Dar Manresa bħala dar ta’ kontemplazzjoni u rtiri, u jibqgħu jingħataw l-istess servizzi li kienu jingħataw f’dawn l-aħħar snin, id-Djoċesi ta’ Għawdex u l-Provinċja tal-Ġiżwiti f’Malta qablu li filwaqt li l-Patrijiet Ġiżwiti ser jibqgħu responsabbli mit-tmexxija tad-Dar u jiżguraw il-kontinwità tal-kariżma Injazjana, ikun hemm preżenza ta’ saċerdot djoċesan residenti fid-Dar flimkien mal-Patrijiet Ġiżwiti sabiex flimkien jiżguraw preżenza kontinwa reliġjuża fid-Dar.  L-Isqof Grech ħatar lil Dun Alex Refalo Rettur tal-knisja ta’ Manresa kif ukoll Assistent Kordinatur tad-Dar.  Dawk kollha li jixtiequ s-servizzi ta’ Dar Manresa għandhom jinqdew bil-kuntatti ta’ qabel.

dar-manresa-visitgozo-com.jpg