Komunikat tal-Isqof Mario Grech dwar allegazzjonijjiet ta’ abbużi sesswali

Komunikat

Kull każ ta’ abbuż sesswali fuq il-minuri huwa ġerħa profonda fil-Knisja u fis-soċjetà.  Bħala Ragħaj, jien qrib l-allegati vittmi u l-familjari tagħhom.  Nagħraf li għandi doveri kemm lejn is-saċerdoti kollha, anki dawk li jiżbaljaw, u  kemm lejn il-poplu ta’ Alla, partikularment lejn il-minuri.  Kif f’dan il-każ segwejt il-protokolli indikati mil-liġijiet kanoniċi u ċivili, niżgura li hekk nagħmel jekk u meta jinqalgħu każijiet oħra simili.

Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

20 ta’ Awwissu 2014