L-Isqfijiet Maltin bagħtu Messaġġ fejn jistiednu lill-Insara jitolbu għall-paċi u għall-Insara ppersegwitati, speċjalmenti l-Insara fl-Iraq, li bħalissa għaddejjin minn persekuzzjoni ħarxa.
B’solidarjetà ma’ ħutna l-Insara fl-Iraq, l-Isqfijiet qed jappellaw biex l-Insara f’pajjiżna jagħtu donazzjonijiet ta’ flus biex jintbagħtu lill-komunitajiet Insara fl-Iraq. Min jixtieq jaghmel xi offerta, jgħaddiha lill-Kappillan tal-Parroċċa jew Rettur tal-Knisja.