Konferenza dwar l-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium

konferenza-evangelii-gaudium.JPG

konferenza-evangelii-gaudium-4.JPG

Nhar is-Sibt filgħodu, 31 ta’ Mejju 2014, fis-Sala Ewlenija tal-Kurja tal-Isqof fil-Belt Victoria, Għawdex, inżammet Konferenza bit-tema “Il-Ferħ tal-Vanġelu u l-Gżira tal-Ferħ”, dwar l-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku.

Il-Konferenza nżammet bl-inizjattiva tal-Moviment Azzjoni Soċjali, il-Fondazzjoni Centesimus Annus (Malta), u l-Fondazzjoni Nikol Ġ. Cauchi.

Il-Konferenza kienet indirizzata mis-Sur Lawrence Zammit (L-ekonomija u t-tqassim tad-dħul), Dun Emanuel Cordina (Għożża għall-vulnerabbli ta’ din l-art), Dr Sue Vella (Il-ġid komuni u l-paċi fis-soċjeta`), b’Diskors Konklużiv minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Niżżel id-diskors ta’ Mons. Isqof Mario Grech minn hawn:  konferenza-evangelii-gaudium-diskors-isqof-mario-grech-il-politika-rizorsa-gholja-tal-pajjiz-31mejju2014.pdf

Isma’ r-recordings minn hawn:

http://www.laikos.org/EG_Seminar_31052014.htm