Titħabbar il-mewt ta’ Mons George Bezzina

Mons George Bezzina CapSS

Id-Djoċesi tħabbar b’niket il-mewt ta’ Mons George Bezzina CapSS li miet dalgħodu kmieni, il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Mons George Bezzina, Kappillan emeritu tal-Fontana, twieled fit-8 ta’ Diċembru 1953 u ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Ġunju 1990.

Ningħaqdu mal-familjari tiegħu fit-talb lil Alla biex jilqgħu fid-Dar tas-Sema.

Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2012: fis-1.00pm mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-parroċċa Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana fejn jiġi espost għall-qima tal-Insara; fis-2.30pm imbagħad jitlaq korteo għall-Knisja ta’ San Ġakbu fir-Rabat fejn issir Velja ta’ Talb; wara, fl-4.30pm jitlaq korteo akkumpanjat mill-Kapitlu Ġorġjan għall-Bażilka ta’ San Ġorġ fejn fil-5.00pm issirlu quddiesa praesenta cadavere preseduta mill-Isqof Mario Grech u wara ssir id-difna fiċ-ċimiterju ta’ San Ġwann Battista tax-Xewkija.

RIP